LA TRAVIATA: AKTAR RITRATTI
Wara s-suċċess grandjuż li kellu t-teatru Astra fiż-żewġ rappreżentazzjonijiet tal-opra La Traviata, illum qed nippubblikaw aktar ritratti tal-fotografu Joe Attard, din id-darba mill-produzzjoni tas-Sibt 30 t’Ottubru.
Intant Festival Mediterranea kompla nhar il-Ħadd b’kunċert mill-pjanisti Natasha Chircop u Marco Rivoltini fl-Aula Mons. Giuseppe Farrugia fil-bażilika ta’ San Ġorġ. Il-bieraħ imbagħad kellna lecture mill-espert Dr David Trump fl-uffiċju ta’ Heritage Malta fiċ-ċittadella. Illum hija ġurnata ddedikata għal żjarat fl-Ipoġew ta’ Ħal-Saflieni.
Għal aktar dettalji fuq il-programm ta’ dan il-festival kulturali żuru wkoll is-sit www.mediterranea.com.mt
Aktar aġġornamenti fil-jiem li ġejjin.