IL-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI TAS-SOĊJETÀ
Il-bieraħ, il-Ġimgħa 18 ta’ Frar 2011, ġiet fi tmiemha sena oħra ta’ ħidma mill-kumitat ġenerali tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, permezz tal-laqgħa ġenerali annwali li fiha jingħata rendikont ta’ sena sħiħa ta’ xogħol ta’ kull fergħa fi ħdan l-istess Soċjeta’.
Fil-bidu tal-laqgħa nqraw l-minuti ta’ l-aħħar Laqgħa Ġenerali li saret fil-21 ta’ Frar tas-sena 2010. Segwa r-rapport amministrattiv mis-segretarju, is-Sur Dolindo Cassar u r-rapport finanzjarju mis-Sur George Cini, kontrollur finanzjarju.
Il-laqgħa kienet immexxija mill-President tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, is-Sur Pawlu Zammit li indirizza ukoll lill-bandisti preżenti u l-membri tal-kumitat. Matul il-laqgħa ġenerali, l-Banda ġeddet b’mod unanimu l-kumitat uxxenti bl-uffiċċjali tiegħu u approvat bl-istess mod riżoluzzjoni mressqa mis-Segretarju tas-Soċjeta’ f’isem il-Kumitat Ġenerali uxxenti sabiex il-kumitat il-ġdid, hekk kif approvat, jaħdem sabiex iġedded u jsaħħaħ il-ħidma tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella.
Matul l-laqgħa saret diskussjoni fuq diversi aspetti tal-ħidma tas-Soċjeta’ La Stella.