Join Us On:

News Archive

ATTIVITAJIET MARBUTA MAL-WIRT ARKEOLOĠIKU

L-ammiraturi tal-kultura u wirt arkeoloġiku għandhom iżommu l-aġenda tagħhom libera minn appuntamenti matul l-ewwel Ġimgħa ta’ Novembru. Dan minħabba li Dr David Trump, arkeoloġista ta’ fama internazzjoni, se jkun lura f’pajjiżna għall-ġimgħa oħra ta’ avvenimenti storiċi u kulturali.
 
Għal sena oħra, Dr Trump se jkun il-mistieden f’dan il-Festival Mediterranea, li kull sena jiġi   organizzat mit-Teatru Astra, b’avvenimenti kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
 
Għal dawk li jsegwu l-wirt arkeoloġiku, it-tieni ġimgħa hi ta’ importanza liema bħalha:
 
 
It-Tnejn 1 ta’ Novembru
 
The Archaeologist Speaks – Tixtieq tkun taf x’kien ifisser il-fuħħar għan-nies ta’ żmien pre-istoriku Malti? Tixtieq tkun taf għalxiex kien jsiru l-istatwetti żgħar f’dak iż-żmien? Dr Trump se jkun qed imexxi taħdita li proprju se tkun tirrigwarda dawn il-fatti. Hekk dawk preżenti jkunu jistgħu jaraw mill-qrib u jiddiskutu.
 
Post: Uffiċċju tal-Heritage Malta f’Għawdex, Ċittadella, Għawdex.
 
Ħin: 11.00am.
 
Biljetti: €10 (Attendenza limitata għal madwar 20 peruna).
 
 
It-Tlieta 2 u l-Ħamis 4 ta’ Novembru
 
Dr Trump se jkun qed imexxi żjara fit-Tempju għall-Mejtin li għadu sa llum iqajjem kurjożità u sens ta’ venerazzjoni lejn l-ammiraturi ta’ l-istorja, l-arkeoloġija u l-arkitettura. Akkwista kopja tal-ktieb Malta Prehistory & Temples iffirmat li jista’ jiġi akkwistat mis-sit rispettiv jew ħu l-opportunita li jkollok xi kotba minn ta’ dan il-professur iffirmati.
 
Post: L-Ipoġew, Paola – Malta. Niltaqgħu ħdejn il-bieb kwarta qabel il-bidu ta’ kull tour.
 
Ħin: 10.00am u 1.00pm.
 
Biljetti: €30 (Attendenza limitata għal 30 persuna kull żjara).
 
 
L-Erbgħa 3 ta’ Novembru
 
Illum se nagħtu lil Dr Trump ġurnata ta’ mistrieħ imma ż-żjarat ikomplu matul it-tieni ġimgħa tal-Festival Mediterranea. Se niltaqgħu ma’ dawk in-nies li jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum jew li l-passatemp tagħhom hu l-produzzjoni ta’ ikel tradizzjonali ġewwa Għawdex. Se naraw kif isiru l-ġbejniet t’Għawdex, kif iż-żebbuġ isir żejt, fejn jiġi kkultivat il-faqqiegħ u fejn il-melħ tradizzjonali abjad jiġi mkabbar.
 
Post: Madwar Għawdex. Niltaqgħu quddiem it-Teatru Astra.
Ħin: 9.30am.
 
Biljetti: €15 li jinkludi t-transport minn post għall-ieħor. (Bookings huma essenzjali).
 
 
Il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru
 
Il-Ġgantija – erġa’ għix l-istorja ta’ dak iż-żmien. Esperjenza l-ambjent u l-atmosfera tat-Tempji tal-Ġgantija fil-kumpanija ta’ Dr David Trump, li jaf kull ġebla u kull fil tal-ġebel. Din is-sena se jkollna magħna mistieden ġdid se jagħti ħarsa lejn dawn it-tempji totalment differenti.
 
Post: Tempji tal-Ġgantija, Xagħra, Għawdex. Niltaqgħu fl-entratura prinċipali tat-tempji.
 
Ħin: 3.45pm.
 
Bilejtti:  €15.
 
 
Is-Sibt 6 ta’ Novembru
Is-suġġett enigmatiku tal-kalati (cart-ruts), u l-bosta mistoqsijiet u l-kurjożità li jġib miegħu. X’kien eżatt l-użu tagħhom? Dr David Trump, Prof. Anthony Bonanno, Prof. Frank Ventura, Prof. Derek Mottershead, Joe Magro Conti u Daniel Cilia se jiddiskutu flimkien fuq dan is-suġġett, inklużi l-mistoqsijiet tagħkom, f’seminar ta’ nofs ta’ nhar.   
 
Post: Sala tal-Konferenzi, Ministeru għal Għawdex, Victoria – Għawdex.
 
Ħin: 9.00am.
 
Biljetti: B’xejn.
 
Niżżel dawn id-dati fid-djarju tiegħek, mobile jew kalendarju u kun żgur li tibbukja minn kmieni. Safrattant, aġġorna ruħek b’dak kollu li qed jiġri matul dan il-Festival billi ingħaqad mal-grupp Teatru Astra fuq il-facebook jew żur il-portal tagħna www.mediterranea.com.mt.
 
Ibbukja fuq: [email protected]  jew 21550985/ 99883007.