Join Us On:

News Archive

TKOMPLI L-PREPARAZZJONI LEJN IL-MUSICAL TAL-PASSJONI

Fit-Teatru Astra f’dawn il-ġranet qed tintesifika l-preparazzjoni fuq l-musical “Għaliex Jien?”. Il-provi bħalissa mexjin ġmielhom, u qed isiru prattikament kull filgħaxija.   Ix-xogħol fuq ix-xenarju kull ma jmur qed jieħu sura mill-isbaħ u jipprometti li jkun element ieħor fi produzzjoni spettakloari. Fl-aħħar ġranet ukoll, ġew iffinalizzati ukoll l-aħħar elementi tal-poster ta’ din il-produzzjoni. 

“Għaliex jien? – Il-Passjoni b’Differenza” huwa l-isem ta’ musical li  qed isir b’inizjattiva tal-Għaqda ta’ l-Armar tal-Festa ta’ San Ġorġ u l-atturi tat-Teatru Astra f’kollaborazzjoni mal-istess teatru fi ħdan is-Soċjetà La Stella. Kif jixhed l-istess isem, dan il-musical jittratta b’mod kontemporanju, storja marbuta mal-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. 

Il-musical ser jittellla s-Sibt, 2 ta’ April 2011, proprju waqt iż-żmien qaddis tal-Ġimgħa l-Kbira. Din il-produzzjoni li hi kitba ta’ Joe Chircop, ser tkun immexxija minn Mario Tabone u mill-istess Joe Chircop. Fih se jieħdu sehem l-aqwa talent vokali Malti fost l-oħrajn Mark Tonna u Georgina. 

Il-booking huwa miftuħ.