Join Us On:

News Archive

ĦARSA LURA LEJN L-2010…AWGURI GĦALL-2011

Ninsabu fl-aħħar sigħat tas-sena 2010 – ftit ‘il bogħod mis-sena l-ġdida 2011, u bħal kull sena f’dawn il-mumenti wieħed jagħti ħarsa lejn dak kollu li għadda minnu matul is-sena li tkun waslet biex tispiċċa. Għas-Soċjeta’ tagħna, din is-sena kienet sena oħra ferm impenjattiva – sena oħra li matulha komplejna nissaħħu – nidħlu għal sfidi ġodda b’entużjażmu u fuq kollox komplejna nibnu fuq is-suċċessi tal-imgħoddi!

Illum, f’dan l-ewwel appuntament tagħna, ser inqallbu ftit id-djarju tas-Soċjeta’ tagħna, minn Jannar sa Lulju, ix-xahar tant għażiż li fih niċċelebraw il-festa tal-patrun tagħna San Ġorġ Martri. Fil-jiem li ġejjin, ser inwasslulkom it-tieni u l-aħħar parti mid-djarju tagħna tal-2010. 

Minn qalbna nawgurawlkom sena ġdida mimlija saħħa, hena u mħabba!

DJARJU 2010


31 ta’ Jannar 2010:
Ġew irrekordjati l-marċi funebri l-ġodda mill-banda ċittadina La Stella. Dawn il-marċi ser jindaqqu fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li toħroġ mill-bażilika ta’ San Ġorġ, fis-sentejn li ġejjin.
 
3 ta’ Frar 2010: Saret laqgħa għall-bandisti u l-membri tal-kumitat ġenerali fis-sala Mro Giuseppe Giardini Vella.
 
7 ta’ Frar 2010: Il-grupp folkloristiku Astra ta spettaklu ta’ żfin u kant fl-okkażjoni tal-ftuħ tat-Torri Wignacourt f’San Pawl il-Baħar.
 
13 ta’ Frar 2010: Il-grupp folkloristiku Astra ħa sehem fil-Karnival ta’ Għawdex.
 
21 ta’ Frar 2010: Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà.
 
22 ta’ Frar 2010: Ġie mniedi l-Opera Studio Teatru Astra (OSTA) waqt konferenza tal-aħbarijiet minn: Anouchka Mukherjee (Opera Studio Sweden); il-Professur Joseph Vella u Michael Formosa f’isem it-Teatru Astra.
 
28 ta’ Frar 2010: Saret l-elezzjoni għall-Kumitat Ġenerali l-ġdid tas-Soċjetà.
 
7 ta’ Marzu 2010: Saret l-elezzjoni għall-President tas-Soċjetà. Ġie elett is-Sur Paul Zammit.
 
27 ta’ Marzu 2010: Kunċert ta’ mużika sagra mill-banda ċittadina La Stella, fil-bażilika ta’ San Ġorġ.
 
2 ta’ April 2010: Il-banda La Stella akkumpanjat il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li ħarġet mill-bażilika ta’ San Ġorġ. F’din l-okkażjoni l-banda ser żanżnet is-sett il-ġdid ta’ marċi funebri. 
 
4 ta’ April 2010: Il-banda La Stella ħadet sehem fid-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt li ħarġet mill-bażilika ta’ San Ġorġ. F’din l-okkażjoni l-banda daqqet sett ta’ valzi.
 
4 ta’ April 2010:  Filgħaxija l-banda La Stella ħadet sehem fid-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt li ħarġet mill-parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesu’ fil-Fontana.
 
23 ta’ April 2010: Il-banda La Stella mexxiet dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ Patrun ta’ Għawdex, minn Pjazza San Ġorġ sal-każin La Stella, fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ San Ġorġ Martri.
 
25 ta’ April 2010:  Sar ir-rekording tal-ewwel sett ta’ marċi tal-kompożitur Joseph Vella, mill-banda ċittadina La Stella fuq il-palk tat-teatru Astra.
 
2 ta’ Mejju 2010: Sar ir-rekording tat-tieni sett ta’ marċi tal-kompożitur Joseph Vella, mill-banda ċittadina La Stella fuq il-palk tat-teatru Astra.
 
7 ta’ Mejju 2010: Fl-okkażjoni tal-Europa Day, il-grupp folkloristiku Astra ta spettaklu ta’ żfin fi pjazza San Ġorġ fil-belt Valletta. Filgħaxija mbagħad ħa sehem f’lejla Maltija ġewwa San Lawrenz.
 
9 ta’ Mejju 2010: Il-banda La Stella għamlet marċ brijuż fl-okkażjoni tar-rebħ tal-ħdax-il kampjonat ta’ Victoria Hotspurs FC.
 
27 ta’ Mejju 2010: Il-grupp folkloristiku Astra ħa sehem f’serata folkloristika fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pawl fil-Munxar.
 
30 ta’ Mejju 2010: Festa ta’ San Pawl fil-Munxar: Il-banda La Stella għamlet marċ qabel il-purċissjoni; daqqet l-innu l-kbir u wara esegwiet programm mużikali taħt id-direzzjoni tal-assistent surmast Mro Noel Beck.
 
5 ta’ Ġunju 2010: Il-grupp folkloristiku Astra ta spettaklu ta’ żfin fl-iklu uffiċjali tal-Gozo Football Association fl-għeluq tal-VIVA World Cup.
 
6 ta’ Ġunju 2010: Sar ir-rekording tas-sett ta’ marċi brijużi tal-festa, mill-banda ċittadina La Stella fuq il-palk tat-teatru Astra.
 
6 ta’ Ġunju 2010: Festa tas-Salvatur fl-Għasri: Il-banda La Stella akkumpanjat il-purċissjoni bid-daqq ta’ marċi reliġjużi.
 
 
15 ta’ Ġunju 2010: Laqgħa għall-bandisti residenti u għall-membri tal-kumitat. Wara sar BBQ għal kulħadd fuq il-bejt tal-każin.
 
19 ta’ Ġunju 2010: Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’ fil-Fontana: Lejlet il-festa, il-banda La Stella għamlet marċ qasir u wara esegwiet programm mużikali fil-pjazza taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur il-Prof. Joseph Vella. Fi tmiem il-programm, il-banda esegwiet l-innu l-kbir.
 
20 ta’ Ġunju 2010: Il-grupp folkloristiku Astra ħa sehem fl-attività L-Istorja tmexxi s-Sengħa fin-Naxxar.
 
20 ta’ Ġunju 2010: Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’ fil-Fontana: Il-banda La Stella daqqet l-innu l-kbir waqt il-ħruġ tal-purċissjoni u wara akkumpanjat l-istess purċissjoni bid-daqq ta’ marċi reliġjużi.
 
26 ta’ Ġunju 2010: Festa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur: Il-banda La Stella għamlet marċ brijuż madwar it-toroq prinċipali tar-raħal.
 
27 ta’ Ġunju 2010: Festa ta’ San Ġwann l-Għammiedi, ix-Xewkija: Il-banda La Stella esegwiet programm mużikali taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella, fil-pjazza tar-Rotunda.
 
28 ta’ Ġunju 2010: Festa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur: Il-banda ċittadina La Stella ħadet sehem fil-marċ popolari ta’ lejlet il-festa flimkien mal-banda Mnarja tan-Nadur.
 
4 ta’ Lulju 2010: Victoria International Arts Festival: Ittella’ kunċert fl-Awla Mons. Farrugia minn tliet solisti tal-banda La Stella: George Agius u Mario Galea (klarinett) u George Camilleri (Ewfonju).
 
12 – 18 ta’ Lulju 2010: FESTI TA’ SAN ĠORĠ MARTRI, PATRUN TAD-DJOĊESI U TAL-BELT VICTORIA.