Join Us On:

News Archive

Yearly Archives: 2014

‘LORD OF THE FLIES’ FIT-TEATRU ASTRA

B’kollaborazzjoni mal-amministrazzjoni tat-Teatru Astra, il-Gozo Creative Theatre Club ser itella’ The Lord of the Flies mill-awtur u poeta Sir William Golding. Din il-preżentazzjoni ser tiġi mtella’ għeluq is-sittin sena mill-pubblikazzjoni ta’ din in-novella miktuba mill-awtur li rebaħ il-premju Nobel fil-letteratura.…

Continue reading

IX-XENARJU TA’ NABUCCO TAT-TEATRU ASTRA JMUR L-ITALJA

It-Teatru Astra bi pjaċir kbir jħabbar li għal darba oħra qed jimmarka primat ieħor fl-isfera tal-opra lirika f’pajjiżna, permezz ta’ ko-operazzjoni ambizzjuża ġdida fuq livell internazzjonali, probabbilment, l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fil-gżejjer Maltin. Wara s-suċċess tal-opra Nabucco fit-23 u l-25…

Continue reading

IL-MILIED U S-SENA T-TAJBA

Il-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u t-Teatru Astra jwasslulek l-isbaħ xewqat f’Jum il-Milied u jawguraw sena oħra ta’ successi. The Committee of The La Stella Philharmonic Society and Teatru Astra extend the wishes for a happy Christmas and another successful year.

MILIED IMPENJATTIV GĦALL-KOR PICCOLE STELLE

Il-Kor tat-Tfal tat-Teatru Astra Piccole Stelle bħalissa għaddej minn ħafna preparamenti konnessi mal-attivitajiet tal-Milied.  Fost l-impenji skedati, il-kor ser ikanta llum 14 ta’ Diċembru fil-11am fi Pjazza San Ġorġ waqt il-Christmas Market.  Imbagħad nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru l-istess kor…

Continue reading

‘EPIC’ FIT-TEATRU ASTRA

Nhar is-Sibt li ġej fit-Teatru Astra se jinżamm spettaklu ieħor ta żfin mill-iskola tal-mużika The Power House, immexxija minn Melanie Zammit.  L-iskola The Power House hija bbażata fil-Belt Victoria u toffri tagħlim f’diversi dixxiplini artistiċi, b’mod speċjali ż-żfin.  Minn din…

Continue reading

L-MALTEMP IFIXKEL L-FESTI ESTERNI TAL-KUNĊIZZJONI

Fil-jum tal-bieraħ 8 ta’ Diċembru il-Knisja Universali ċċelebrat l-Immakulata Kunċizzjoni.  Fil-Belt Victoria, l-Kommunità Franġiskana organizzat festi interni mill-isbaħ fejn matul il-ġurnata l-knisja kienet ippakkjata speċjalment matul quddies imħejji matul il-jum. Sfortuntament pero, it-temp fixkel il-festi esterni. Minbarra li l-Ħadd tħassret…

Continue reading

L-FESTA T-TAJBA !

Il-festa t-tajba lill-ulied kollha ta’ Marija Immakulata, f’Għawdex u f’Bormla, u lill-Ġorġjani, f’dan il-jum glorjuż tas-solennità ta’ Marija Immakulata. Dan huwa jum verament speċjali għalina l-Ġorġjani li nqisu din il-festa bħala l-festa tagħna wkoll. Ir-rabta bejn l-Immakulata Kunċizzjoni u l-Banda…

Continue reading

LEJN ŻERNIEQ TA’ JUM SPEĊJALI

Wara li matul it-tmiem il-ġimgħa li għadda ġiet fi tmiemha t-tlettax -il edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, bis-suċċessi kollha li ġabet magħha, għajnejn is-Socjeta’ Filarmonika La Stella issa huma mitfughin fuq il-jum tat-8 ta’ Dicembru meta, flimkien ma’ l-Ordni Frangiskan, tifrah…

Continue reading

NABUCCO REVISITED

Qed nirriproduċu artiklu dwar l-opra Nabucco ta’ Cecilia Xuereb li ġie ppubblikat fil-Malta Independent. (Photos: Joe Attard)   Exactly 20 years after their first performance of Verdi’s opera Nabucco the Teatru Astra in Gozo presented the opera as part of…

Continue reading

IL-PLAY “DOUBT” FIT-TEATRU ASTRA

  Festival Mediterranea 2014 se jintemm fi tmiem il-ġimgħa li ġej bil-preżentazzjoni ta’ dramm Doubt ta’ John Patrick Shanley.  Id-dramm se jsir fit-Teatru Astra nhar is-Sibt 22 u l-Ħadd 23 ta Novembru 2014 fis-7pm. Il-play Doubt saret għall-ewwel darba fl-2004…

Continue reading

DJAMANTI MUŻIKALI FIT-TEATRU ASTRA

Nhar is-Sibt 29 ta’ Novembru fit-Teatru Astra se jkun hemm Djamanti Mużikali b’numru kbir ta’ kanzunetti popolari li żgur se jinżlu tajjeb ma’ dawk li jħobbu l-mużika. Il-kunċert jibda fis-7.30pm u d-dħul huwa b’xejn.  Is-seating se jkun fuq bażi first-come-first-served.…

Continue reading

KUNĊERT MEMORABBLI

Il-kunċert Annwali tal-Banda Ċittadina La Stella tal-bieraħ filgħaxija immarka suċċess ieħor fl-istorja mużikali tas-Soċjetà.  Il-preparazzjoni għal dan l-avveniment tat ir-riżultat mixtieq, dak ta’ eżekuzzjoni eċċellenti mill-Banda tagħna taħt is-Surmast Joseph Vella.  Il-biċċiet li indaqqu matul is-serata kienu fil-maġġoranza tagħhom impenjattivi…

Continue reading

ĠITA F’MALTA

Nhar il=Ħadd 23 ta’ Novembru se tiġi organizzata ġita f’Malta b’programm mimli u mżewwaq b’attivitajiet varji.  Il-tluq se jkun minn Pjazza San Franġisk fis-7am b’ritorn fl-4.30pm.  Biex wieħed jibbukkja għandu jċempel fuq 21551004 jew 79021033. Il-ġita se tkun immexija minn…

Continue reading

IL-KUNĊERT ANNWALI TAL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Attività importanti f’Festival Mediterranea, li issa wasal fit-13 –il edizzjoni tiegħu, hija l-Kunċert Annwali tal-Banda Ċittadina La Stella fit-Teatru Astra li ha jsir fit-Teatu Astra nhar is-Sibt 15 ta’ Novembru 2014. Il-kunċert jibda fis-7.30pm u d-dħul għalih huwa b’xejn. Il-kunċert…

Continue reading

KUNĊERT MIS-SOLISTI TAL-BANDA LA STELLA

Il-bieraħ filgħaxija, s-solisti tal-Banda La Stella daqqew f’kunċert fil-awla Mons. Giuseppe Farrugia bħala parti mill-Festival Mediterranea.  Il-programm tas-serata kien dan: La Stella Clarinet Quartet 1. Aragonaise from the suite Carmen   by Georges Bizet 2. Roumanian Folk Dances  by Bela…

Continue reading

SAN ĠORĠ: 175 SENA FOSTNA

Wirja u Pubblikazzjoni dwar l-ewwel statwa titulari ta’ Għawdex Fl-okkażjoni ta’ l-għeluq tal-festi speċjali li nżammu f’Għawdex matul din is-sena biex jitfakkar il-mija u ħamsa u sebgħin anniversarju mill-miġja ta’ l-istatwa titulari ta’ San Ġorġ, Patrun tal-gżira, bħalissa għaddejja Wirja…

Continue reading

WIRJA PRESTIĠĠJUŻA TA’ BOLLI ‘GĦAWDXIN’

Fil-mużew il-Ħaġar | Heart of Gozo, il-bieraħ infetħet wirja prestiġġjuża b’bolli relatati ma’ Għawdex.  Il-wirja qegħda ssir b’kollaborazzjoni ma’ Fondazzjoni Belt Victoria u hija waħda mill-attivitajiet ta’ Festival Mediterranea 2014, issa fit-13 -il edizzjoni tiegħu. Waqt il-ftuħ saru indirizzi mill-kuratur…

Continue reading

DJAMANTI MUŻIKALI

PRESS RELEASE MAĦRUĠA MID-DIPARTIMENT TAL-INFORMAZZJONI Preċiżament f’Jum Għawdex tnieda l-kunċert DJAMANTI MUŻIKALI li ser isir f’Għawdex, l-ewwel parti fid-29 ta’Novembru fit-teatru ASTRA u fis-6 ta’Diċembru fit-teatru AURORA. Dan huwa kunċert organizzat mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali (FCN) flimkien mal-Ministru għal Għawdex, Anton…

Continue reading

“SPETTACOLO NELLO SPETTACOLO” Marta Cutugno

Qed nirriproduċu review tal-opra Nabucco li saret minn Marta Cutugno fuq il-website personali tagħha. ___________________________________________________________________________ Nella splendida cornice di Gozo, bomboniera delle Isole Maltesi patria di Calipso, un meritato sold out ha caratterizzato le due recite del Nabucco in seno…

Continue reading

TMIEM IL-FESTI ANNIVERSARJI

  Il-festi speċjali fil-Belt Victoria fl-okkażjoni tal-175 anniversarju mill-wasla ta’ l-ewwel statwa titulari ta’ Għawdex se jiġu konklużi fi tmiem din il-ġimgħa b’żewġ attivitajiet fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, fejn hi meqjuma x-xbieha devota tal-qaddis minquxa f’zokk ta’ tuta minn Pietru…

Continue reading

IL-PLAY DOUBT FIT-TEATRU ASTRA

Fit-22 u 23 ta’ Novembru 2014 se tittella play li kellha suċċess kbir ta’ John Patrick Shanely li ġġib l-isem ta’ Doubt.  Il-play tikkonċerna soru li tkun konvinta li qassis partikulari għamel att mhux xieraq ma wieħed mill-istudenti ta’ skola…

Continue reading

VIVA NABUCCO …!

Is-suċċess kbir bl-opra Nabucco fit-Teatru Astra jikkonferma għal darba oħra li t-tim ta’nies li għandna huma lkoll validi u kapaċissimi.  Nibdew billi nsemmu lis-surmast,  il-Prof. Joseph Vella, li kellu taħt it-tmexxija tiegħu l-orkestra nazzjonali u l-aspetti kollha mużikali, u lil…

Continue reading

CLARINET & EUPHONIUM RECITAL

Bħala parti mill-Festival Mediterranea 2014, illejla kellna kunċert ta’ livell għoli ħafna fil-Kempinski Hotel San Lawrenz.  Il-kunċert kien jikkonsisti f’recital minn żewġ bandisti tal-Banda La Stella, Mario Galea fuq il-klarinett u George Camilleri fuq l-euphonium. Mario Galea daqq il-kunċert Solo…

Continue reading

“VA PENSIERO …”

Il-bieraħ filgħaxija fit-Teatru Astra saret b’suċċess kbir l-ewwel rappreżentazzjoni tal-opra ta’ Giuseppe Verdi Nabucco.  Il-meravilja tal-effetti speċjali tad-dawl u projections flimkien mas-sett u l-kostumi ħolqu spettaklu kbir, u l-apprezzament tal-udjenza kien evidenti hekk kif spiċċat l-opra.  Il-kor u solisti, li…

Continue reading

NABUCCO “FULLY-BOOKED”

It-Teatru Astra bi pjaċir kbir iħabbar li ż-żewġ rappreżentazzjonijiet tal-opra Nabucco huma “fully-booked”.  Ta’ dan ngħidu ‘grazzi’ lil dawk kollha li għal sena oħra ikkonfermaw il-livell għoli tal-opra fit-Teatru Astra. Aħna persważi li bħal ma’ ġara fis-snin li għaddew dawn…

Continue reading

ARRANĠAMENTI GĦAT TRASPORT SPEĊJALI GĦALL-OPRA

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA MAĦRUĠA MILL-GOZO CHANNEL CO LTD 20 ta’ Ottubru 2014 Arrangamenti ghal Trasport Specjali ghall-Opra “Nabucco” Il-kumpanija Gozo Channel tinforma li se tkun qed tibdel zewg vjaggi skedati sabiex tikkordina ahjar s-servizz mal-opra “Nabucco” li se tittella  fit-teatru Astra…

Continue reading

DISKUSSJONI FI GRUPP FIT-TEATRU MANOEL QABEL IN-NABUCCO

F’rabta man-Nabucco ta’ Verdi, nhar it-Tnejn waranofsinhar it-Teatru Astra kkordina inizjattiva bl-għan li tilħaq l-istudenti kif ukoll il-pubbliku ġenerali.  F’kollaborazzjoni mat-Teatru Manoel u l-Bank of Valletta, l-attività Behind the Opera Curtain (Minn wara l-kwinti tal-Opra) inżamet fl-Istudju tat-Teatru Manoel.  Id-dħul…

Continue reading

INTERVISTA MAX-XENOGRAFU JOSEPH CAUCHI

Illum dehret intervista mill-Kav. Joe M Attard max-xenografu tat-Teatru Astra Joseph Cauchi fil-Mument tal-lum.  Għal dawk li ma rawhiex qed nirriproduċuha hawnhekk. Ix-xenografu Joseph Cauchi Bħalissa jinsabu resqin lejn it-tmiem tagħhom l-aħħar preparamenti biex iktar tard dan ix-xahar, fuq il-palk…

Continue reading

IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX IŻUR IT-TEATRU ASTRA

    Nhar is-Sibt 9 ta’ Ottubru, il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Dr. Anton Refalo żar it-Teatru Astra waqt it-tħejjijiet għall-opra tant mistennija Nabucco.  Il-Ministru Refalo ltaqa’ mal-organizzaturi tal-opra u Festival Mediterranea, kif ukoll mad-diversi kantanti u nies oħra nvoluti fil-kostruzzjoni…

Continue reading

“VALLETTA ROCKED!”

“VALLETTA ROCKED… ” SPETTAKLU KBIR MILL-BANDA ĊITTADINA U DEKANA LA STELLA B’ROCKASTRA FIL-BELT VALLETTA WAQT IN-NOTTE BIANCA Il-bieraħ filgħaxija, il-Banda Ċittadina La Stella għamlet suċċess kbir bil-kunċert RockAstra, fil-qalba tal-Belt Valletta waqt l-edizzjoni tan-Notte Bianca.  Il-kunċert kien taħt id-direzzjoni ta’…

Continue reading

NABUCCO FIT-TEATRU ASTRA – SKEMA GĦALL-ISTUDENTI

Bħalma għamlet f’dawn l-aħħar snin, id-direzzjoni tat-Teatru Astra f’Għawdex għal darba oħra qed tniedi skema speċjali li permezz tagħha ser tkun qed toffri lill-istudenti skont sostanzjali fuq il-biljetti ta’ l-opra għall-ewwel rapprezentazzjoni tagħha, jiġifieri dik tal-Ħamis 23 ta’ Ottubru 2014,…

Continue reading

BILJETTI TAL-OPRA NABUCCO GĦALL-ANZJANI

Is-Segretarju Parlamentari  għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’ u Anzjanita’ Attiva, Dr Justyne Caruana, dalgħodu żaret it-Teatru Astra fejn ġiet milqugħa mill-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, is-Sur Paul M. Cassar u membri tal-kumitat ċentrali.  F’din l-okkażjoni Dr. Justyne Caruana ħabbret inizjattiva tal-gvern…

Continue reading

FESTA LITURĠIKA U PARROKKJALI TA’ SAN MIKIEL

  Nhar il-Tnejn 29 ta’ Settembru taħbat il-festa liturġika u parrokkjali tal-Arkanġlu San Mikiel.  Fil-Bażilika ta’ San Ġorġ sabet postha l-istatwa kapolavur ta’ San Mikiel, li hija xogħol ta’ Xandru Farrugia fl-injam (1838).  Huma ħafna li jqisu din l-istatwa bħala waħda…

Continue reading

IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA FIN-NOTTE BIANCA

Il-Banda Ċittadina La Stella tħabbar li din s-sena ġiet mistiedna biex tieħu sehem fl-attività nazzjonali tan-Notte Bianca fil-Belt Valletta nhar s-Sibt 4 t’Ottubru. Għal din l-okkażjoni l-Banda se tesegwixxi t-tieni edizzjoni ta’ Rockastra, li kienet ghamlet f’Ġunju fil-Belt Victoria. Il-kunċert…

Continue reading

LEJLA MALTIJA F’SAN MIKIEL

Bħalma għamlet b’suċċess kbir f’dawn l-aħħar snin, l-Għaqda ta’ l-Armar tal-Festa ta’ San Ġorġ ser tkun qed torganizza l-ikla tal-festa ta’ San Mikiel, f’format ta’ lejla Maltija.  Din ser tinzamm nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Settembru fi Pjazza San Ġorġ, bis-sehem…

Continue reading