Join Us On:

News Archive

WORKSHOP EDUKATTIV MIT-TEATRU ASTRA U T-TEATRU MANOEL

It-Teatru Astra għadu kif ħabbar attività edukattiva ġdida, Behind the Opera Curtain, li jikkonsisti f’workshop immexxi mid-diretturi u solisti tat-Teatru Astra mill-produzzjoni tal-orpa Nabucco li se ssir fit-23 u 25 ta’ Ottubru.  Dan il-workshop qed isir għal kull min hu interessat fl-opra, kantanti u studenti u se jinżamm fl-Studio Theatre tat-Teatru Manoel, nhar it-Tnejn 13 ta’ Ottubru fil-5.30pm.

In-numri ta’ parteċipanti huwa limitat u għalhekk huwa neċessarju li jsir booking fuq [email protected] jew telephone number 21246389. Fil-workshop se jieħdu sehem id-direttur artistiku Enrico Stinchelli, id-direttur mużikali l-Prof. Joseph Vella u l-kantanti prinċipali tal-opra Nabucco – il-baritonu Piero Terranova, il-mezzo-soprano Olga Sliepnova, il-baxx Carlo Colombara u t-tenur Malti Cliff Zammit Stevens.

Id-direttur artistiku se jitkellem fuq l-istage operistika u b’mod speċjali fuq l-opra Nabucco. Il-preżentazzjoni tal-workshop tinkludi wkoll kant ta’ xi arias mill-opra Nabucco u naturalment l-ispjegazzjoni tal-aspett mużikali mill-Professur Vella.

Dan il-workshop qed isir b’kollaborazzjoni bejn it-Teatru Astra u t-Teatru Manoel u bl-appoġġ tal-Bank of Valletta.  Il-sit elettroniku ta’ Festival Mediterranea jista’ jintlaħaq fuq www.mediterranea.com.mt.

Manoel v2