LEJLA MALTIJA F’SAN MIKIEL
Bħalma għamlet b’suċċess kbir f’dawn l-aħħar snin, l-Għaqda ta’ l-Armar tal-Festa ta’ San Ġorġ ser tkun qed torganizza l-ikla tal-festa ta’ San Mikiel, f’format ta’ lejla Maltija. Din ser tinzamm nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Settembru fi Pjazza San Ġorġ, bis-sehem tal-grupp muzikali leġġendarju Għawdxi, The Tramps.
L-Għaqda tixtieq tavza li għadhom kemm ħarġu għall-bejgħ il-biljetti għal din l-attivita’, liema biljetti jiswew €15 u li jistgħu jinkisbu mill-bar tal-kazin tal-Banda La Stella, minn għand Frank Zammit ta’ Kafe’ San Ġorġ, minn għand Frank Schembri ta’ Vajringa Supermarket, minn għand Sammy Rapa ta’ Ta’ Salvina Discount Store jew minn idejn l-attivisti fi ħdan dan is-sotto-kumitat ta’ l-Għaqda ta’ l-Armar.
Minn dan is-sit inħeġġu lill-partitarji Ta’ l-Istilla sabiex jaħsbu kmieni kemm jista’ jkun għall-biljetti tagħhom sabiex b’hekk tiġi ffaċilitata l-organizzazzjoni ta’ din l-attivita’ kif ukoll tiġi assigurata aktar effiċjenza fil-preparazzjoni ta’ l-ikel.