Join Us On:

News Archive

NABUCCO “FULLY-BOOKED”

It-Teatru Astra bi pjaċir kbir iħabbar li ż-żewġ rappreżentazzjonijiet tal-opra Nabucco huma “fully-booked”.  Ta’ dan ngħidu ‘grazzi’ lil dawk kollha li għal sena oħra ikkonfermaw il-livell għoli tal-opra fit-Teatru Astra. Aħna persważi li bħal ma’ ġara fis-snin li għaddew dawn se jkunu jiem ta’ opra eċċellenti għal Għawdex u min se jkun magħna se jassisti għall-spettaklu kbir.

Fl-istess ħin it-Teatru Astra jħabbar li s-sena d-dieħla se ssir La Bohème ta’ Giacomo Puccini.  Ir-rappreżentazzjonijiet se jkunu nhar il-Ħamis 29 u s-Sibt 31 ta’ Ottubru 2015.