Join Us On:

News Archive

“VALLETTA ROCKED!”

Notte Bianca

“VALLETTA ROCKED… ” SPETTAKLU KBIR MILL-BANDA ĊITTADINA U DEKANA LA STELLA B’ROCKASTRA FIL-BELT VALLETTA WAQT IN-NOTTE BIANCA

Il-bieraħ filgħaxija, il-Banda Ċittadina La Stella għamlet suċċess kbir bil-kunċert RockAstra, fil-qalba tal-Belt Valletta waqt l-edizzjoni tan-Notte Bianca.  Il-kunċert kien taħt id-direzzjoni ta’ Mro Sigmund Mifsud u sar fi Pjazza San Ġwann quddiem folla kbira ta’ nies li kellhom kliem ta’ tifħir mhux biss għall-għażla mużikali li ndaqqet imma wkoll għall-esekuzzjoni ta’ livell għoli li kien hemm.  Kif jixhdu r-ritratti, il-pjazza kienet ippakkjata bin-nies li kienu kollha bil-wieqfa.

Wara jiem ta’ tbassir ta’ maltempati kbar li setgħu ħakmu l-ġżejjer Maltin waqt in-Notte Bianca ta’ din is-sena, nistgħu ngħidu li l-unika xita li kellha quddiemha l-Banda Ċittadina  La Stella waqt il-kunċert tal-bieraħ kienet dik tan-nies, u l-ħsejjes kbar flok ġew mir-ragħad u s-sajjetti ġew miċ-ċapċip u l-ovazzjoni bla waqfien tal-folla wara kull item li ndaqqet.

Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lit-tim kollu nvolut b’mod speċjali lill-bandisti tagħna, lill-membri tal-kumitat ċentrali u s-sottokumitati, lill-partitarji li akkumpanjawna, kif ukoll lil Mro Sigmund Mifsud.  Is-sehem ta’ kulħadd wassal biex il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella żiedet ġawhra oħra mal-kullana ta’ suċċessi li għamlet matul l-istorja glorjuża tagħha.

Notte Bianca2

IMG_1187 IMG_1180 IMG_1224(1) IMG_1227(1)