Join Us On:

News Archive

L-FESTA T-TAJBA !

Il-festa t-tajba lill-ulied kollha ta’ Marija Immakulata, f’Għawdex u f’Bormla, u lill-Ġorġjani, f’dan il-jum glorjuż tas-solennità ta’ Marija Immakulata. Dan huwa jum verament speċjali għalina l-Ġorġjani li nqisu din il-festa bħala l-festa tagħna wkoll. Ir-rabta bejn l-Immakulata Kunċizzjoni u l-Banda Ċittadina u Dekana La Stella tmur lura bosta u bosta snin u l-istorja tagħna intisġet flimkien mal-aktar ġrajjiet importanti tal-Franġiskani u l-kommunità li tiffrekwenta din il-Knisja.

Għalhekk f’dan il-jum hekk importanti għalina u għall-Knisja Universali nifirħu lil dawk kollha nvoluti fl-organizzazzjoni ta’ din il-festa.  L-Immakulata hija “stilla fi stilla”. Hija l-istilla rebbieħa fl-istilla Kristjana li hi tabilħaqq il-gżira tagħna.

Intant, illejla, kif ukoll għada, dejjem jekk it-temp jippermetti, il-Banda tagħna se tkun qed tieħu sehem fil-festa kif muri hawn taħt.

Minn din il-paġna nawgurawlkom il-festa t-tajba !

Kuncizzjoni 2014

(Ritratt: Joe Attard)