Join Us On:

News Archive

WIRJA PRESTIĠĠJUŻA TA’ BOLLI ‘GĦAWDXIN’

Fil-mużew il-Ħaġar | Heart of Gozo, il-bieraħ infetħet wirja prestiġġjuża b’bolli relatati ma’ Għawdex.  Il-wirja qegħda ssir b’kollaborazzjoni ma’ Fondazzjoni Belt Victoria u hija waħda mill-attivitajiet ta’ Festival Mediterranea 2014, issa fit-13 -il edizzjoni tiegħu. Waqt il-ftuħ saru indirizzi mill-kuratur tal-mużew, Mons. Ġużeppi Farrrugia, il-kuraturi tal-wirja, Nicoline Sagona u Antoine Vassallo, kif ukoll minn Joe Said, CEO tal-Lombard Bank.  Din il-wirja, li wieħed jista’ jidħol għalija b’xejn, se ddum miftuħa sal-4 ta’ Jannar 2015 u qegħda ssir bis-support tal-Lombard Bank u Maltapost.

(Ritratti: Toni Farrugia)

IMG_7292 IMG_7294 IMG_7299 IMG_7289 IMG_7286 IMG_7282 IMG_7281 IMG_7279 IMG_7268