TISLIMA LIL MONS. SALV BORG
Bkietek il-familja maħbuba tiegħek, bkietek il-Kolleġġjata Lateranensi Ġorġjana mal-Kapitlu u kleru tagħha, bkietek is-Soċjetà Filarmonika La Stella, bkietet il-Belt Victoria, l-għaqdiet u ħbiebek mxerrda ma’ Għawdex u Malta kollha, bkejniek flimkien għaziz Dun Salv, tlifniek f’qasir żmien, mingħajr stennija, ħesrem,…