XOGĦOL FUQ IS-SALA L-ĠDIDA MSEMMIJA GĦAS-SURMAST JOSEPH VELLA
Nhar is-Sibt 25 ta’ Ottubru 2020 tpoġġiet l-ewwel ġebla tal-binja l-ġdida fil-Każin tal-Banda Ċittadina La Stella li ser isservi aktar il-ħtiġijiet tal-Banda u l-Bandisti, sala li ser tfakkar il-memorja tas-Surmast Joseph Vella, u għalhekk ser tkun mogħnija b’ismu!
Dan il-proġett qed jsir bil-għajnuna ta’ fond tal-Voluntary Organisations Project Scheme. #VOPS
Li kieku kellha tkun sena normali konna nkunu biss ftit jiem bogħod mill-produzzjoni tal-opra lirika Carmen. Imma d-destin ried li d-dinja tagħddi minn pandemija li biddlet ħafna minn dak li jista’ jsir u dak li ma jistax isir. Sfortunatament it-teatri fid-dinja kollha laqqtu daqqa kbira bil-pandemija għax bħala settur għadu kważi magħluq għal kollox u jidher li għadna l-bogħod minn normalità. Nisperaw li jekk Alla jrid s-sena 2021 tagħtina ċans nerġgħu nagħtu l-ħajja t-teatru tant maħbub tagħna.