Join Us On:

News Archive

“UNFORGETTABLE”: SPETTAKLU TA’ ŻFIN FIT-TEATRU ASTRA

L-iskola taż-żfin Centre Stage, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Natalie Sciortino, ser ittella’ spettaklu taż-żfin bl-isem Unforgettable: A tribute to great artists fit-Teatru Astra, nhar l-14 ta’ Novembru 2009 bħala parti minn Festival Mediterranea.
 
B’kast ta’ 150 żeffien, Unforgettable ser toffri spettaklu ta’ żfin jazz, ballet u hiphop, mal-mużika ta’ diversi kantanti popolari fosthom Michael Jackson, Madonna, Britney Spears, Celine Dion, Enrique Iglesias, Laura Pausini, kif ukoll il-kantanti Maltin Sammy Bartolo u Dominic Grech (The Tramps).
 
Unforgettable ser tinkludi 30 żifna, b’xelta varja ta’ kanzunetti famużi li ċertament ser jilħqu l-gosti ta’ kulħadd.
 
Il-booking jiftaħ fl-1 ta’ Ottubru u l-prezz tal-biljetti huwa ta’ €8.
 
Booking hotlines – 21565167 / 79200488 / 79457292
Aktar tagħrif: [email protected]
 
Għall-programm sħiħ ta’ attivitajiet marbuta ma’ Festival Mediterranea 2009 żuru www.mediterranea.com.mt