THE HYLAND MASS FIT-TEATRU MANOEL
Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru fit-8pm se tiġi esegwita l-quddiesa A Prayer for Unity in Diversity – The Hyland Mass, kompożizzjoni tal-Prof. Joseph Vella, Surmast Direttur tal-Banda tagħna. Il-quddiesa kienet ikkommissjonata lill-Prof. Vella mill-filantropiku Christopher Hyland minn New York. Dan ix-xogħol kellu l-world premiere tiegħu final kunċert finali tal-Victoria International Arts Festival fil-15 ta’ Lulju fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.
Il-kompożizzjoni ta’ Vella tinkludi rwoli tas-Soprano (Gillian Zammit), Alto (Clare Massa), Tenor(Cliff Zammit Stevens), Bass(Nicholas Warden) u Boy Soprano(Nathan Schembri Rodgers), kor u orkestra. L-eżekuzzjoni tal-quddiesa se tkun taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella u minbarra s-solisti msemmija se jieħu sehem ukoll l-kor Laudate Pueri u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.
L-udjenza se tkun komposta minn bosta nies distinti, xi wħud minnhom ġejjin addiritura minn barra minn Malta għall-okkażjoni. Il-bqija tal-biljetti jistgħu jinxtraw direttament mit-Teatru Manoel.