SUĊĊESS FL-LA BOHEME FIT-TEATRU ASTRA
Il-bieraħ filgħaxija fit-Teatru Astra assistejna għall-ewwel rappreżentazzjoni ta’ La Boheme, li kif kien mistenni kienet suċċess kbir. Bl-auditorium ippakkjat bin-nies l-palk tat-Teatru ġie ttrasformat f’Pariġi fejn ltqajna mal-protagonisti Rodolfo (Leonardo Caimi) u Mimi (Miriam Cauchi) fost personaġġi oħrajn.
Is-Soċjetà Filarmonika La Stella hija kburija li għal darba oħra rnexxiela tagħti kontribut mużikali u artistiku daqsehekk importanti mhux għal Għawdex imma wkoll għal Malta. Min hawn issa nistennew il-jum ta’ għada għal la seconda biex nerġgħu mill-ġdid nagħtu spettaklu ta’ mużika, dwal, kostumi, xenografija u atmosfera mill-aqwa.
Intant illejla se jsir kunċert vokali ġewwa il-lukana Kempinski Hotel San Lawrenz fit-8pm. Id-dħul għal dan l-avveniment huwa b’xejn.
(Ritratti: Joe Attard)