SISTEMA TA’ PANNELLI FOTOVALTAJIĊI FIL-KAŻIN LA STELLA
Ftit tal-ġranet ilu ġranet ġiet konkluża l-installazzjoni ta’ panneli fotovoltajiċi fil-Każin La Stella. Dan il-proġett huwa intiż biex itejjeb l-effiċjenza u s-sostenibilità tal-operat tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella u t-Teatru Astra.
Dan huwa wieħed mill-ħafna inizjattivi li s-Soċjetà Filarmonika La Stella ħadet fl-aħħar snin biex ittejjeb kemm l-operat kif ukolll l-infrastruttura tagħha. Huwa biss investiment bil-għaqal li jassigura li s-Soċjetà Filarmonika La Stella tiggarantixxi teatru u sede denja għal ġenerazzjonijiet futuri. Grazzi lil dawk kollha li kienu involuti f’dan il-proġett.