Join Us On:

News Archive

SERVIZZ IEĦOR TAL-BANDA ĠEWWA SAN LAWRENZ

Nhar il-Ħadd li ġej, il-Banda Ċittadina La Stella għandha servizz ieħor fil-festi tas-sajf. Din id-darba jmiss li nieħdu sehem fil-festa titulari tar-raħal ta’ San Lawrenz għall-festa f’ġieħ il-partrun tar-raħal San Lawrenz.

Is-servizz jikkonsisti mid-daqq tal-innu l-kbir A San Lorenzo Martire fis-7.30 pm waqt il-ħruġ tal-vara fil-pjazza ewlenija u wara ser jiġi mtella’ programm mużikali. Matul il-programm, il-Banda Ċittadina La Stella ser iddoqq biċċiet mużikali varjati mir-repertorju tagħha, li jinkludu mużika klassika, soundtracks ta’ films popolari u kompożizzjonijiet aktar moderni. Il-programm ser ikun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea.

Dan ser ikun it-tlettax -il servizz tal-Banda Ċittadina La Stella fil-festi tas-sajf, inklużi dawk li saru fil-festa ta’ San Ġorġ Martri. Grazzi lill-bandisti u d-diriġenti tal-banda tagħna li minkejja kollox dejjem jibqgħu jagħtu servizz u jiddedikaw ħafna minn ħinhom biex il-banda tagħna tagħmel servizz tajjeb kull fejn tmur. Minn din il-paġna nixtiequ nawguraw il-festa t-tajba lill-kommunità kollha ta’ San Lawrenz.

DSC_0025