Join Us On:

News Archive

SERVIZZ FIR-RAĦAL TAL-GĦASRI

Nhar il-Ħadd li għadda l-Banda La Stella kompliet bis-servizzi numerużi tagħha, billi ħadet sehem fil-festa tas-Salvatur ġewwa r-raħal tal-Għasri.  Il-Banda La Stella bdiet billi daqqet marċ matul it-triq prinċipali tar-raħal u wara laqgħet l-istatwa artistika u devota tas-Salvatur waqt li bdiet toħroġ il-purċissjoni, liema purċissjoni kienet akkumpanjata mill-istess Banda b’marċi reliġjużi.  Dan ir-raħal huwa marbut sew mas-Soċjeta’ tagħna. Fil-fatt għal din il-festa, il-banda La Stella hija għal numru kbir ta’ snin tkun l-uniku banda mistiedna.

Minn hawn isssa l-Banda għandha numru kbir ta’mpenji.  Fi tmiem il-ġimgħa imiss il-festa tal-Qalb ta’ Ġesu, fil-Fontana fejn il-Banda tagħna jkollha numru kbir ta’ servizzi.  Imbagħad, ikun immiss ix-Xewkija u wara l-Imnarja fin-Nadur, kollha postijiet fejn il-Banda tagħna tkun mistiedna minn sena għal oħra.