SERATA TAL-ALJIEVI U JUM IL-GRADWAZZJONI
Bħalma sar dawn l-aħħar snin, għada fis-7.30pm se tittella serata oħra mill-aljievi tal-banda tagħna, kemm dawk fuq is-sezzjoni tar-ram kif ukoll dawn tal-qasba. Għalhekk aħna nistiednu lilkom sabiex tattendu għal din l-attività li ċertament tkun qed tagħmel kuraġġ lil istess studenti kif ukoll lill-għalliema li ta’kull ġimgħa iħarrġu b’mod individwali lil dawn l-istudenti fl-istrumenti tagħhom. Matul l-istess attività studenti li jkun ħarġu mal-Banda matul is-sena issirilom gradwazzjoni. Grazzi jmur lill-għalliema George Camilleri u Michael Bonanno, kif ukoll lil Mario Galea tas-sehem tagħhom f’din l-attività.
Id-dħul għas-serata huwa b’xejn.