SE JINFETAĦ IL-MUŻEW IL-ĦAĠAR HEART OF GOZO
Wara snin ta’ ħidma mill-Fondazzjoni Belt Victoria wasal il-jum li jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku l-mużew. Dan huwa jum importanti fl-istorja tal-Belt Victoria, l-Parroċċa ta’ San Ġorġ u fuq kollox għas-Soċjetà Filarmonika La Stella li f’din l-inizjattiva tara t-tisħiħ tal-identità tal-kommunità fl-istorja tagħna. Fl-aħħar se jkollna post adekwat fejn jiġu esebiti d-diversi oġġetti ta’ valur artistiku kbir li bħalissa huma miġbura fl-awli u ċ-ċentru parrokkjali ta’ San Ġorġ.
Din hija opra kbira, li fi kliem Monsinjur Isqof Mario Grech hija “ġojjell” mhux biss għall-parroċċa ta’ San Ġorġ imma għall-Knisja f’Għawdex. Dan qalu waqt żjara li huwa għamel fil-jiem li għaddew fejn iltaqa’ wkoll mal-ħaddiema li bħalissa hemm fuq il-post. Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lil dawk li kienu nvoluti f’din il-biċċa xogħol u nawguraw suċċess kbir fis-snin li ġejjin.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tal-mużew li għadu kif ġie imiedi fil-jiem li għaddew www.heartofgozo.org.mt