Join Us On:

News Archive

ROCK NIGHT FIT-TEATRU ASTRA

Illum il-Ġimgħa, 18 t’April, fil-foyer tat-Teatru Astra ser tiġi mtella’ Rock Night bil-parteċipazzjoni tal-kantant popolari Malti Klinsmann Coleiro u l-band; il-grupp Inner Grey; u numru ta’ DJs lokali. Din ir-Rock Night qed tiġi organizzata fuq inizzjattiva tal-Għaqda tan-Nar San Ġorġ Martri flimkien mal-management tal-bar tat-teatru. Ser tkun serata unika b’mod speċjali għal dawk li għandhom għal qalbhom il-mużika rock.

Kif semmejna aktar qabel fost il-mistiedna speċjali ser ikollna lill-kantant Klinsmann Coleiro, kantant ferm żagħżugħ li f’dawn l-aħħar tliet snin kiseb popolarità kbira f’pajjiżna, grazzi għall-parteċipazzjoni tiegħu f’numru ta’ festivals lokali, l-aktar fil-Malta Song for Europe, fejn kiseb riżultati mill-aqwa. Hu ser ikun qed ikanta live flimkien mal-band tiegħu. Band oħra li ser tieħu sehem hija ‘Inner Grey’: rock band Għawdxija li ġiet iffurmata propju sena ilu, għalkemm il-membri tagħha ilhom idoqqu ma’ bands oħra lokali għal madwar għaxar snin. Huma ser idoqqu numru ta’ kanzunetti ta’ dan il-ġeneru fosthom kanzunetti mill-album ġdid tagħhom “If symptoms persist” li ġie launched f’Jannar li għadda.

Il-biljetti qed jinbiegħu għall-prezz ta’ €5 mill-bar tat-teatru. Ser tibda fit-8.30pm u tibqa’ sejra sa tard filgħaxija.