RESTORANTI FIR-RABAT JOFFRU MENU SPEĊJALI
Il-Kumitat organizzattiv tal-Festival Mediterranea ħabbar li żewġ restoranti ta’ livell għoli fir-Rabat Għawdex se joffru menu speċjali għal dawk kollha li jixtiequ jieklu qabel jew wara l-opra, kemm dik tas-27 kif ukoll dik tad-29 ta’ Ottubru. Ir-Restoranti huma Patrick’s Tmun, Triq l-Ewropa (Tel: 21566667, email: [email protected]) u Maji fi Triq Sir Adrian Dingli (Tel: 21555871 email: [email protected]). Huwa neċessarju li wieħed jibbukkja. Il-menus li se jkunu joffru huma dawn li ġejjin: