Join Us On:

News Archive

PROGRAMM FESTIVAL MEDITERRANEA

Għadu kif ħareġ il-programm uffiċjali ta’ Festival Mediterranea, li issa wasal fil-11 il-edizzjoni tiegħu.
 
L-attivitajiet li ġew imħabbra fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew issa ġew ippubblikati kollha f’programm wieħed li fih jiġbor id-dati u l-ħinijiet tal-avvenimenti kollha. Wieħed isib ukoll informazzjoni importanti fuq kull attività li sa ssir. Bħalma ġara fl-aħħar snin il-festival jiftaħ bl-opra lirika ta’ Giacomo Puccini Madama Butterfly u jispiċċa bil-programm annwali tal-Banda La Stella, liema avvenimenti għandhom il-poster tagħhom inkluż fil-ktejjeb/programm.
 
Bħalma wieħed jista’ jimmaġina bħalissa għaddej ħafna xogħol ta’ organizzazzjoni speċjalment fejn tidħol l-opra fejn numru ta’ attivisti u sostenituri huma għaddejjin b’xogħol fuq is-sett tal-opra kif ukoll bdew il-preparamenti mużikali.
 
Kollox jindika li din is-sena se jkollna festival mill-aqwa. Biex wieħed jakkwista aktar informazzjoni għandu jidħol fis-sit elettroniku tal-festival minn fejn jista’ jitniżżel ukoll il-programm uffiċjali msemmi – www.mediterranea.com.mt.