Join Us On:

News Archive

PREPARAZZJONI GĦALL-FESTIVAL MEDITERRANEA 2011

Issa li għaddew il-festi f’Għawdex, fejn il-Banda tagħna temmet l-impenji tagħha fil-festa ta’ Għajnsielem, is-Soċjetà tintensifika l-enerġija tagħha fl-organizzazzjoni tal-Festival Mediterranea 2011 li din is-sena se jkun bejn is-27 ta’ Ottubru u d-19 ta’ Novembru 2011. Naturalment dan il-festival jinkorpora fih l-opra lirika ta’ Vincenzo Bellini, Norma, li se tittella’ darbtejn, il-Ħamis 27 u s-Sibt 29 ta’ Ottubru.

Ħafna mill-attivitajiet fil-fatt ilhom li ġew iffissati u jinkludu ppjanar li għandu x’jaqsam mal-opra speċjalment f’dak li hu xenografija u preparazzjoni tal-parti mużikali, fejn din is-sena wkoll se jkollna kantanti ta’ fama internazzjonali. Il-festival jinkorpora fih ukoll attivitajiet ta’ natura kulturali u edukattiva. Ta’min isemmi li l-festival jagħlaq il-Ħadd 19 ta’Novembru fejn il-Banda Ċittadina La Stella ittella’ kunċert grandjuż fit-Teatru Astra. Għal aktar tagħrif dettaljat wieħed jista’ jidħol fuq din il-paġna elettronika Festival Mediterranea Brochure.

Din l-edizzjoni hija l-għaxar waħda u s-suċċess li kull sena jkollha tagħmel ħafna kuraġġ lill-organizzaturi. Wieħed jista’ jikseb aktar informazzjoni fuq il-festival billi jidħol fis-sit elettroniku paġna http://www.mediterranea.com.mt. Biex wieħed jibbukkja xi attività jista’ jikteb fuq [email protected] jew iċempel fuq 21550985 jew 99883007. 

(Ritratti: Joe Attard)