Join Us On:

News Archive

NIFIRĦU MA’ MONSINJUR GUZEPP GAUCI

 
Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tifraħ lil Mons. Ġużepp Gauci, saċerdot Ġorġjan membru tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri għall-ħatra tiegħu bħala Monsinjur Onorarju tal-Kapitlu tal-Katidral tad-Djoċesi.

Mons. Gauci twieled Għawdex fl-24 ta’ Ottubru 1941 u ġie ordnat saċerdot fil-25 ta’ April 1965. Huwa wettaq ħidma ta’ Prefett tal-Istudji fis-Seminarju Djoċesan, ta’ Chaplain Djoċesan taż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara, ta’ Viċi-Parroku tal-Bażilika ta’ San Ġor
ġMartri, fejn waqqaf il-Chorus Urbanus, ta’ Prefett tad-Dixxiplina u għalliem fis-Seminarju Minuri u direttur spiritwali fis-St Francis School tal-Belt Victoria. Għamel studji dwar l-ispiritwalità ta’ Madre Margerita De Brincat, fundatriċi tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù u dwar San Ġorġ Martri. Naturalment wieħed ma jistax ma jsemmix l-pubblikazzjoni tiegħu dwar San Ġorġ – San Ġorġ Megalomarti, Tagħrif – Tagħlim u Talb li ppublika fl-2006, kif ukoll il-kollezzjoni kbira li għandu dwar San Ġorġ fid-dar tiegħu San Ġorġ fl-Arti u fil-Kultura. Bħala soċjetà aħna wkoll rikonoxxenti lejn Mons. Gauci għall-artikli li jippublika ta’ kull sena dwar San Ġorġ fil-pubblikazzjoni Festi San Ġorġ li toħroġ fil-jiem tal-festa.
 
Min din il-paġna nawguraw lil Mons. Ġużepp Gauci għal din il-ħatra tiegħu kif ukoll nippreżentaw l-imħabba ġenwina tiegħu lejn San Ġorġ, Patrun tal-Belt Victoria u ta’ Gżiritna, bħala mudell għalina lkoll li ngħożżu b’imħabba kbira r-rabta intima li għandna ma’ dan il-Qaddis.
 
 
(Ritratti: Arkivju Bażilika San Ġorġ, One Productions Ltd)