MUŻIKA TAS-SURMAST JOSEPH VELLA FL-EWROPA
Illum il-ġurnata is-surmast Joseph Vella jgawdi l-fama ta’ kompożitur stabilit internazzjonalment. Dan jixhdu l-fatt li per eżempju s-sena l-oħra biss, il-kompożizzjonijiet tiegħu ġew esegwiti ġewwa l-Finlandja, l-Isvezja, id-Danimarka, l-Ingilterra, l-Italja, iċ-Ċina (Shangai), Corsica, u r-Russja.
Nhar il-Ħadd, 28 ta Frar, xejn inqas minn tliet xogħlijiet oħra tiegħu ġew esegwiti gewwa il-Malteskaja – kappella ġo Leningrad. Dawn kienu Psalm 89 op43 għall-Baritonu u Orgni; Fantasia per Organo op 86 u Offerta Musicale op 87. Imbagħad iktar tard dan ix-xahar, jiġifieri fil-25 ta’ Marzu, is-Sonata per Sassofono Alto e Piano op 109 ser tiġi esegwita fil-muniċipju tal-belt ta Charleroi, fil-Belġju. L-eżekuturi ta din is-sonata se jkunu Marco Podesta’ u Marco Falschi, propju ż-żewġ mużiċisti li fi Frar tal-2007 taw il-premier dinji ta’ dan ix-xogħol ġewwa l-Konservatorju ta’ La Spezia fl-Italja.
Imma forsi l-akatr appuntament importanti u prestiġjuż għas-surmast Vella huwa dak ta’ Mejju li ġej, meta ġewwa l-Amphiteatre ta’ L’Opera de Bastille, f’Pariġi, żewġ kompożizzjonijiet ġodda tiegħu se jkollhom il-world premier. Dawn huma Talae op 116 għal Trumbetta u Marimba, u Fanfares op120 għal 3 Trumbetti u Timpani.
Fix-xena lokali, is-surmast Vella , bħala kompożitur residenti tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, f’Mejju li ġej se jagħti l-premier tax-xogħol tiegħu: Sinfonietta for 13 Wind Players f”kunċert li se jidderieġi hu stess fit-Teatru Manoel.
Ritratt: Marco Podesta’ u Marco Folaschi, żewġ mużiċisti li ser jesegwixxu s-Sonata per Sassofono Alto e Piano.