Join Us On:

News Archive

MAĦTUR KUMITAT ĠENERALI ĠDID GĦAS-SENTEJN LI ĠEJJIN

Matul dawn l-aħħar ġimgħat is-Soċjetà Filarmonika La Stella għaddiet minn proċess importanti ta’ tiġdid skont l-istatut, fejn lejn l-aħħar ta’Jannar 2024 ġiet xolt il-kumitat preċedenti peress li għaddew is-sentejn ta’ mandat, u ġiet maħtura kummissjoni elettorali biex torganizza l-elezzjoni għall-membri tal-kumitat ġenerali l-ġdid u l-elezzjoni għall-president tas-Soċjetà Filarmonika La Stella. Dan il-proċess ġie konkluż il-Ħadd li għadda u dak preċedenti fejn l-ewwel ġie ivvutat kumitat ġdid u sebgħat ijiem wara saret il-votazzjoni għal ħatra tal-president, fejn għal darba oħra ġie elett b’mod unanimu s-Sur Michael Formosa.

Dalgħodu saret ukoll l-ewwel laqgħa tal-kumitat il-ġdid, fejn ġew maħtura r-rwoli tal-membri kollha għas-sentejn li ġejjin. Il-kumitat ġenerali għall-perjodu 2024-2025 se jkun kompost hekk;

Michael Formosa President

Matthew Zammit Segretarju

Joseph Tabone Kontrollur Finanzjarju

Frank Schembri Teżorier

Dr Christopher Mizzi Viċi-President

Mario Casha Viċi-President

Silvio Cini Assistent Segretarju, Arkivista Banda La Stella

George Zammit Direttur Każin

Noel Micallef Segretarju Sotto-Kumitat Direzzjoni Banda, Awditur Intern

Andrea Camilleri Direttur Teatru Astra u l-Astra Cultural Hub

Elena Tabone Direttur Communications/Outreach, Health & Saftey Officer

Manuel Attard Rappreżentant Sotto-Kumitat Armar, Koordinatur Skola tal-Mużika tal-Banda La Stella

Michael Cauchi Stage Manager Teatru Astra

Marcell Tabone Assistent Direttur Teatru Astra

Riccardo Gatt Ellis Rappreżentant Sotto-Kumitat Għaqda Żgħazagħ La Stella

Elena Zammit Uffiċjal responsabbli mill-Arkivju Amministrattiv

Ġorġ Pisani Segretarju Sotto-Kumitat Festa San Ġorġ

Jason Farrugia Uffiċjal responsabbli mill-ġbir ta’ fondi Festa San Ġorġ

Minn din il-paġna nawguraw u nirringrazzjaw lil dawn il-membri li daħlu għal dan l-impenn fuq bażi volontarja għal ġid tas-Soċjetà Filarmonika La Stella. Huwa dejjem ta’ pjaċir tara taħlita ta’nies involuti, xi wħud b’ħafna snin ta’ esperjenza warajhom u oħrajn iżgħar, imma lkoll determinati li jagħtu il-kontribut tagħhom. Buon lavoro!

(mhux fir-ritratt: Manuel Attard, Noel Micallef u Jason Farrugia)