Join Us On:

News Archive

LEJN L-ELEZZJONI TAL-KUMITAT ĠENERALI

Wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà, ġie deċiż li l-elezzjoni għall-kumitat ġenerali tas-Soċ. Filar. La Stella ser issir nhar il-Ħadd l-1 ta’ Marzu 2009, fil-11.30am. Għal din l-elezzjoni huma eleġibbli li jivvutaw il-bandisti residenti tas-Soċjetà La Stella. Ġiet maħtura wkoll il-kummissjoni elettorali li hija ffurmata minn tliet bandisti: George Refalo (Chairman); George Borg; u Francis J. Borg. Il-kummissjoni, fil-ġranet li ġejjin ser toħroġ ukoll il-lista ta’ dawk il-bandisti kollha tas-Soċjetà li huma eliġibbli li jivvutaw skond kif stipulat fl-istatut tal-istess Soċjetà.

Intant il-Kummissjoni Elettorali bdiet tilqa’ n-nominazzjonijiet għall-membri tal-kumitat ġenerali, li bħalma jsir dejjem iridu jkunu proposti u ssekondati minn bandisti residenti tas-Soċjetà La Stella. In-nominazzjonijiet kollha għandhom jaslu għand il-Kummissjoni elettorali sa nhar il-Ħamis 26 ta’ Frar. Ġimgħa wara li ssir l-elezzjoni għall-ħatra tal-kumitat il-ġdid fl-1 ta’ Marzu, ikun imiss li ssir l-elezzjoni għall-president tas-Soċjetà. Din ser issir nhar il-Ħadd 8 ta’ Marzu 2009, filgħodu. Aktar aġġornamenti dwar l-Elezzjoni tal-Kumitat tas-Soċjetà, fil-jiem li ġejjin.

20.02.2009