LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI
Nhar is-Sibt 21 ta’ Jannar se ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella li fiha jingħata rendikont ta’ sena sħiħa ta’ xogħol ta’ kull fergħa fi ħdan l-istess Soċjeta’. Din il-laqgħa jattendu għaliha l-bandisti u l-membri tal-kumitat. Il-laqgħa t tinfetaħ mill-President li jagħmel l-indirizz tiegħu. Fost affarjiet oħra jinqara r-rapport amministrattiv tas-sena mis-segretarju u jiġi ppreżentat ukoll r-rapport finanzjarju.