Join Us On:

News Archive

LA BOHEME – SKEMA GĦALL-ISTUDENTI

Miriam Cauchi Mimi 1

Bħalma għamlet f’dawn l-aħħar snin, id-direzzjoni tat-Teatru Astra f’Għawdex qed tniedi skema speċjali li permezz tagħha qed toffri lill-istudenti skont sostanzjali fuq għadd ta’ biljetti għall-ewwel rapprezentazzjoni ta’ l-opra La Boheme, li ser tinzamm nhar il-Ħamis 29 ta’ Ottubru 2015 fis-7.30pm.

Il-produzzjoni ta’ l-opra fit-Teatru Astra tgawdi reputazzjoni mill-aqwa.  F’dawn l-aħħar sebgħa u tletin sena, ċioe’ kemm ilha tittella l-opra lirika f’dan it-teatru, ġew u qed jiġu ingaġġati kantanti internazzjonali ta’ l-ogħla livell, solisti famuzi li normalment insibuhom jieħdu sehem f’opri fl-aqwa teatri mxerrdin madwar l-Ewropa u madwar id-dinja bħal-La Scala ta’ Milan, L’Arena di Verona, Covent Garden, il-Meteropolitan u oħrajn. Fl-opra tat-Teatru Astra l-kast jiġi kkumplimentat minn kor mill-aqwa, xenarju imponenti, kostumi lussuzi u dwal spettakolari.

L-aspetti edukattivi li wieħed jista’ jammira fi produzzjoni ta’ l-opra huma ħafna: il-muzika, l-pittura, l-arkitettura, l-letteratura u, mhux b’inqas, it-teknoloġija.  Dawn l-elementi huma espressjonijiet ta’ l-arti li, għalkemm huma distinti minn xulxin, jikkumplimentaw lil xulxin biex isawwru spettaklu operistiku ta’ livell l-aktar għoli.

In-numru ta’ biljetti li t-Teatru Astra qed joffri bi skont speċjali ta’ €15 lill-istudenti (ta eta ta anqas minn 24 sena) huwa limitat ħafna.  Din l-offerta għandha tkun ideali partikularment għal dawk l-istudenti li qed isegwu korsijiet fil-lingwa, fil-muzika, fl-arti, fit-teatru, fid-disinn, fl-arkitettura jew fit-teknoloġija kemm f’livelli ta’ edukazzjoni sekondarja, post-sekondarja jew universitarja.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi wieħed iċempel fuq +356 79 256 897 jew inkella minn fuq is-sit elettroniku www.mediterranea.com.mt

It-Teatru Astra qed jingħata l-appoġġ tal-fondi pubbliċi permezz ta’ arranġament kulturali mal-Gvern Malti.Imsieħba oħra f’dan il-proġett jinkludu  Citadel Insurance, General Softdrinks Co. Ltd  u l-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria.