Join Us On:

News Archive

L-OPRA VALERIANA ĠEWWA T-TEATRU ASTRA

L-Opra Valeriana, The Titan’s Rock, produzzjoni ta’ Festivals Malta ġewwa t-Teatru Astra, hija kompożizzjoni tal-mibki l-Professur Joseph Vella, liema xogħol ma laħaqx ilesti meta ħalliena fl-2018. Din l-opra ġiet kompluta mis-Surmast Christopher Muscat, ex-student ta’ Vella nnifsu.  L-opra hija miktuba fuq librett ta’ Vincent Vella u hija ambjentata fuq gżira Taljna fittizja jisimha Valeriana. Din l-opra se tkun qed issir għall-ewwel darba.

L-epoka tal-opra hija fit-Tieni Gwerra Dinjija meta l-gżira kienet taħt idejn il-mexxej faxxista bl-isem ta’ Cirillo,  liema part se jagħmilha Louis Andrew Cassar.  Il-protagonisti fl-istorja huma Rosario kantanta minn Andres Moreno Garcia u Teresa interpretata mis-sopran Miriam Cauchi. It-tim kreattiv huwa immexxi mid-direttur artisktu Denise Mulholland, filwaqt li l-kostumi huma disinn ta’ Luke Azzopardi.  Is-sett tal-opra huwa disinn ta’ Anthony Bonnici filwaqt li l-vidjografija hija f’idejn Anthony Mizzi. Aktar dettalji dwar il-produzzjoni u l-protagonisti jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit uffiċjali tal-opra https://www.valeriana.mt/

L-opra se tittella’ fl-4 ta’ Mejju 2024 fit-Teatru Astra fis-7.30pm u wieħed jista’ jibbukkja minn fuq https://teatruastra.org.mt/events/2024/valeriana