Join Us On:

News Archive

L-OPRA ‘VALERIANA’ FIT-TEATRU ASTRA

Dalgħodu ġewwa t-Teatru Astra ġiet imħabbra permezz ta’ konferenza stampa, il-produzzjoni tal-opra ‘Valeriana’ kompożizzjoni tal-mibki l-Prof. Joseph Vella. Din l-opra hija produzzoni ta’ Festivals Malta bil-kollaborazzjoni ta’ Teatru Astra. Matul il-konferenza stampa saru diversi diskorsi, fostom, uffiċjali għolja ta’ Festivals Malta, it-tifel tal-Prof. Vella, is-Sur Nicky Vella, kif ukoll il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar il-Perit Clint Camilleri, u l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti U Gvern Lokali Dott. Owen Bonnici.

L-opra “Valeriana – The Titan’s Rock” se ssir nhar is-Sibt 4 ta’ Mejju 2024 u bħalma ġa ġie msemmi hija kompożizzjoni tal-Prof. Vella, li meta ħalliena fl-2018 ma kienx laħaq spiċċaha kollha. Għalhekk, wara xi żmien, ġie mqabbad is-Surmast Christopher Muscat biex ikompliha. Filfatt is-Surmast Christopher Muscat se jkun qed jiddirieġi l-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta f’din l-opra, li hija miktuba fuq librett ta’ Vincent Vella. Id-direzzjoni artistika tal-opra se tkun f’idejn Denise Mulholland.

Huwa ta’ unur u prestiġju kbir għat-Teatru Astra li se jkun l-ewwel teatru f’pajjiżna li se jkun qed jilqa fi ħdanu l-ewwel rappreżentazzjoni ta’ din l-opra ta’ Vella u li fiha se jkun qed jikkolabora flimkien ma’ Festivals Malta.

Aktar dettaljli ta’kif wieħed jista’ jibbukkja se jingħataw fil-jiem li ġejjin fuq il-mezzi tas-‘social media’.