Join Us On:

News Archive

L-IMPENJI TAS-SURMAST VELLA BARRA MINN MALTA

Fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin, is-surmast direttur tas-Soċjeta’ tagħna, il-Professur Joseph Vella, ser ikun qed iżur għadd ta’ pajjiżi u bliet barranin bħala mistieden speċjali f’numru ta’ avvenimenti. F’dawn l-attivitajiet ser jiġu esegwiti għadd ta’ kompożizzjonijiet tiegħu wkoll. Fil-fatt bejn id-19 u d-29 ta’ Awwissu, tmien xogħlijiet tiegħu ser jiġu esegwiti f’Festival Gardoise ġewwa Franza. F’Settembru mbagħad, eżattament bejn it-23 u s-27 tax-xahar, is-surmast Vella ser ikun il-mistieden speċjali tal-Bruckner Youth Orchestra f’għadd ta’ attivitajiet organizzati ġewwa Linz fl-Awstrija. Bejn l-1 u l-4 ta’ Novembru s-surmast Vella ser ikun f’Bologna fejn ser jagħti numru ta’ lekċers dwar il-kompożizzjoni. F’din l-okkażjoni ser jindaqqu għadd ta’ kompożizzjonijiet tiegħu f’żewġ kunċerti. 

Minn din il-paġna, nifirħu u nawguraw lis-surmast Vella għal dawn l-appuntamenti tiegħu barra minn Malta, fejn ovvjament qed ikompli jagħmel isem mhux biss għalih personali, imma fuq kollox għal pajjiżna.