L-IMMAKULATA KUNCIZZJONI
Reġgħa wasal il-jum fejn nawguraw il-festa t-tajba lill-ulied kollha ta’ Marija Immakulata, f’Għawdex u f’Bormla, u lill-Ġorġjani, f’dawn il-jiem ta’ festa tas-solennità ta’ Marija Immakulata. Dan huwa jum verament speċjali għalina l-Ġorġjani li nqisu din il-festa bħala l-festa tagħna wkoll. Ir-rabta bejn l-Immakulata Kunċizzjoni u l-Banda Ċittadina u Dekana La Stella tmur lura bosta u bosta snin u l-istorja tagħna intisġet flimkien mal-aktar ġrajjiet importanti tal-Franġiskani u l-kommunità li tiffrekwenta din il-Knisja.
Bħalma intennu kull sena, f’dan il-jum hekk importanti għalina u għall-Knisja Universali nifirħu lil dawk kollha nvoluti fl-organizzazzjoni ta’ din il-festa. L-Immakulata hija “stilla fi stilla”. Hija l-istilla rebbieħa fl-istilla Kristjana li hi tabilħaqq il-gżira tagħna.
Intant, għada filgħaxija jibdew l-impenji tagħna f’din il-festa kif muri hawn taħt:
It-Tnejn 7 ta’ Diċembru
Marċ Brijuż u daqq tal-Ave Maria: Il-marċ jibda minn quddiem il-club tal-Victoria Hotspurs FC fit-8pm.
t-Tlieta 8 ta’ Diċembru
Marċ, daqq tal-Innu l-Kbir, akkumpanjament tal-purċissjoni u esekuzzjoni tal-Ave Marija waqt id-dħul taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Vella.
Minn din il-paġna nawgurawlkom il-festa t-tajba !
(Ritratti: Mario Casha)