Join Us On:

News Archive

L-E.T. DR GEORGE VELLA JŻUR IT-TEATRU ASTRA

Il-bieraħ, il-Ħamis 28 t’Ottubru, l-Eċċelenza Tiegħu Dr. George Vella, President ta’ Malta, żar it-Teatru Astra, fejn kixef lapida biex tikkommemora x-xogħolijiet ta’ rinnovar u tiġdid fil-foyer.  Il-maġġoranza ta’ dawn ix-xogħolijiet saru matul l-għeluq li sar minħabba l-pandemija u kien jinvolvi ħafna xogħol ta’ volontarjat mill-partitarji.

Il-President ta’ Malta ġie milqugħ mis-Sur Michael Formosa, President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u s-Sur Matthew Zammit, Segretarju Amministrattiv flimkien ma uffiċjali oħra. Matul iż-żjara, il-President ta’ Malta ġie akkumpanjat fis-Sala Paul M. Cassar fejn iffirma l-ktieb tal-viżitaturi.  Dritt wara, flimkien mas-sinjura tiegħu, il-President ta’ Malta attenda għall-ewwel rappreżentazzjoni tal-opra Carmen.

(Ritratti: Joe Attard)