Join Us On:

News Archive

L-AKKADEMJA TAL-YADA FIT-TEATRU ASTRA

Il-kumpanija taż-żfin YADA, bla dubju l-aktar kumpanija taż-żfin popolari f’pajjiżna, għadha kif fetħet fergħa tal-akkademja tagħha fit-Teatru Astra. Il-kumpanija mmexxija mid-direttur Għawdxi Felix Busuttil u Daron Galea, fetħet għall-ewwel darba l-akkademja taż-żfin f’Għawdex disa’ snin ilu, iżda minn Jannar ta’ din is-sena bdiet tuża t-teatru tagħna biex fih isiru lezzjonijiet taż-żfin li jvarjaw minn żfin klassiku ballet u żfin jazz. 

Din is-sena l-akkademja bdiet l-impenji tagħha fil-11 ta’ Jannar fejn laqqgħat numru sabiħ ta’ tfal u żgħażagħ li għażlu li jibdew jitħarrġu f’din id-dixxiplina mal-kumpanija YADA. Dawk li jixtiequ jibdew jitħarrġu f’din l-akkademja taż-żfin għandhom jikkuntattjaw lid-diretturi tal-kumpanija fuq dawn in-numri:

Felix Busuttil: 79427337
Daron Galea: 79452104

Il-kumpanija YADA (Young Actors and Dancers Association) li ġiet imwaqqfa 26 sena ilu, matul is-snin tellgħet diversi produzzjonijiet kbar; illum qed tħeġġeġ aktar tfal u żgħażagħ biex jingħaqdu magħha għal esperjenza indimentikabbli.