Join Us On:

News Archive

KUNĊERT TA’ MUŻIKA SAGRA MILL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Bħalma sar matul dawn l-aħħar snin, il-Banda Ċittadina La Stella se ttella’ kunċert ta’ mużika sagra ġewwa l-Bażilika ta’ San Ġorġ, il-Belt Victoria f’ dawn il-jiem li se jwassluna sal-Ġimgħa Mqaddsa u l-festa tal-Għid il-Kbir.  Din is-sena l-kunċert se jkun taħt it-tmexxija tas-Surmast Sostitut Noel Beck, li idderieġa dan l-istess kunċert fl-2016 ukoll.  Il-kunċert se jsir nhar il-Ħamis 6 t’ April 2017 (lejlet id-Duluri) fit-8 ta’ filgħaxija.

Is-siltiet magħżula huma sbieħ ħafna u b’tema xi ftit jew wisq marbuta mal-mixja tar-Randan u allura flokhom f’dawn il-ġimgħat ta’ tħejjija. Għalhekk il-kumitat tas-Soċjetà Filarmonika La Stella jixtieq iwassal l-invit tiegħu lilek u lill-familja biex nhar il-Ħamis 6 t’April tattendu għall-kunċert fil-knisja tagħna, miġbura madwar ix-xbihat ta’ Sidna Ġesu Kristu fil-passjoni Tiegħu.  Id-dħul għal din is-serata mużikali huwa b’xejn.

Gimgha Mqaddsa 2017b