Join Us On:

News Archive

SUĊĊESS FIL-KUNĊERT TA’ MUŻIKA SAGRA

Il-bieraħ filgħaxija inżamm b’suċċess il-kunċert b’mużika sagra mill-Banda Ċittadina La Stella ġewwa l-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Għal dan il-kunċert attendew il-Ministru għal Għawdex Dr Justyne Caruana, l-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, s-Sur Michael Formosa, s-Segretarju s-Sur Matthew Zammit, id-Direttur Mużikali Dr John Galea, membri tal-kumitat, l-Arċipriet Mons Joseph Curmi, membri tal-kleru u l-kapitlu Ġorġjan, u bosta parruċċani.  Matul is-serata indaqqu dawn il-biċċiet, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Noel Beck.  Il-programm kien jinkludi marċ bl-isem ta’ Elegy – In Memoriam Joseph Vella, kompożizzjoni tas-Surmast Dr John Galea li indaqq għall-ewwel darba u kien iddireġut minn Dr John Galea stess.

In Memoriam Melchiorre Cassar – Joseph Vella
‘Lacrimosa’ – Requiem – Wolfgang Amadeus Mozart
‘Pie Jesu’ – Reqiuem – Andrew Lloyd Webber
Valse Triste – Jean Sibelius
Elegy – In Memoriam Joseph Vella – John Galea
‘Pie Jesu’ – Requiem – Gabriel Faure
Perché Piangi – Giuseppe Giardini Vella
Palladio – Karl Jenkins

Is-serata ġiet ippreżentata minn Ms Lorna Tabone.

Appuntamenti oħra marbuta mas-Soċjetà Filarmonika La Stella huma dawn:

  • Wirja sabiħa tal-Ġimgħa l-Kbira ġewwa l-każin La Stella.
  • Sehem fil-Purċissjoni antika u devota mill-Bażilika ta’ San Ġorġ nhar il-Ħamis fis-7pm
  • Marċ fid-dimostrazzjoni ta’ Kristu Rxoxt mill-Bażilika ta’ San Ġorġ, il-Ħadd fid-8.45am

(Ritratti: Joe Attard)