Join Us On:

News Archive

KOMPLEJNA BIL-KBIR

Il-festi Ġorġjani fil-belt ta’ Għawdex komplew bil-kbir il-bieraħ bit-tieni dimostrazzjoni – din id-darba bl-istatwa ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel. Id-dimostrazzjoni bħal dejjem bdiet minn wara San Franġisk biż-żewġ baned La Stella u Santa Margerita ta’ Sannat, li akkumpanjaw bid-daqq ta’ marċi brijużi u popolari. Il-marċ għadda lejn Triq Palma u triq ir-Repubblika fejn quddiem il-każin tas-Soċjeta’ spikka għal darb’oħra l-briju singulari taż-żgħażagħ tal-Istilla. Irridu dejjem inżommu f’moħħna li din id-dimostrazzjoni tiġi fl-ewwel jum tat-tridu, u allura wieħed jistaqsi fejn irridu naslu fl-aħħar jumejn tal-festa. Il-festa ta’ San Ġorġ hija l-festa t’Għawdex – il-festa li tattira l-akbar folol matul il-ġimgħa sħiħa tal-festa u mhux fl-aħħar jumejn biss. Dan jixhdu kull min attenda u għad irid jattendi matul din il-ġimgħa ta’ ċelebrazzjonijiet Ġorġjani.
 
ntant id-dimostrazzjoni laħqet il-qofol tagħha fi pjazza San Ġorġ fejn hemm l-istatwa ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel ittellgħet fuq il-pedistall monumentali tagħha fiċ-ċentru tal-pjazza fost id-daqq tal-innu marċ popolari ta’ Ciappara. Matul din id-dimostrazzjoni l-banda ċittadina La Stella żanżnet is-sett il-ġdid ta’ marċi brijużi għal din is-sena – sett li għal sena oħra ġie rrekordjat fuq CD u qed jinbiegħ mill-każin tas-Soċjeta’ u mill-ħwienet ewlenin.

L-appuntament tagħna għal-lejl: għad-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ Patrun t’Għawdex li tilħaq il-qofol tagħha fi Pjazza Savina fost briju grandjuż u sorpriżi!

ritratti: Anton Farrugia