Join Us On:

News Archive

JUM IL-WASLA TAR-RELIKWA INSINJI

DSC_0031_stitch

Fl-aħħar wasal il-jum tant mistenni tal-miġja tar-relikwa!   Fis-7pm l-Isqof Djoċesan, flimkien mal-Kapitlu u l-kleru Ġorġjan, jilqa’ r-Relikwa Insinji tad-Driegħ ta’ San Ġorġ fi Triq ir-Repubblika, fil-miġja tagħha mill-Abbazija Benedittina ta’ San Giorgio Maggiore, fil-belt ta’ Venezja, l-Italja. Fis-7.15pm issir Translazzjoni Pontifikali tar-Relikwa Insinji tad-Driegħ ta ’ San Ġorġ lejn il-Bażilika Urbana, ippreseduta mill -E.T. Mons . Mario Grech, Isqof ta ’ Għawdex u Dekan tal-Kolleġġjata lateranensi , bis-sehem tal-Kapitlu u l-kleru ġorġjan u ta ’ l-Ordnijiet Reliġjużi tal-Belt Victoria. Takkumpanja l-Banda Ċittadina La Stella b’innijiet reliġjużi.

Fis-7.45pm se jkun hemm indirizz ta’ merħba mill-Arċipriet Mons. Pawlu Cardona fi Pjazza San Ġorġ u fit-8.00pm tibda Velja Ekumenika Solenni ppreseduta mill -E.T. Mons . Mario Grech, Isqof Djoċesan , flimkien ma ’ l-Em.T. Gennadios Zervós, Metropolita ta’ l-Arċidjoċesi Griega Ortodossa ta ’ l-Italja u Malta, u l-Kan . Simon Godfrey, Kanċillier tal–KOMUNJONI Anglikana f’Malta u Għawdex, u bis-sehem tal-Kapitlu u l-Kleru Ġorġjan u ta ’ l-Ordnijiet Reliġju żi tal -Belt Victoria. 

Ir-Relikwa tibqa’ esposta fil-Bażilika għall-qima tal-fidili sa nofs il-lejl. Fid-9.30pm se jkollna marċ brijuż mill-Banda Ite ad Joseph (il-Qala) minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ, fejn jingħata bidu għal dimostrazzjoni blistatwa ta’ San Ġorġ (1991), xogħol ta’ Austin Camilleri.

banner Relikwa

(Ritratt fuq ta’ Mario Casha – Waqt it-Translazzjoni Pontifikali -2013)