Join Us On:

News Archive

JUM IL-ĠIMGĦA L-KBIRA DIFFERENTI

Sfortunatament l-effetti tal-pandemija reġgħu ħassru l-biċċa l-kbira tal-attivitajiet marbuta ma’ dawn il-jiem tant solenni u mistennija fil-kalendarju liturġiku tal-knisja.  Hija ħasra li għat-tieni sena konsekuttiva l-insara se jkollom isegwu l-funzjonijiet mill-mezzi ta’ komunikazzjoni minflok jiltaqgħu fil-knejjes biex ifakkru l-passjoni, l-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Ġesu Kristu.  Pero’ rridu wkoll nirrikonoxxu li l-pandemija ġabet ħafna tbatijiet magħha u li l-uniku mod kif nikkumbattu huwa billi nimxu mad-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti u noqgħodu attenti biex nagħtu l-kontribut tagħna lejn it-twaqqif tal-imxja.  Nisperaw jekk Alla jrid li s-sena d-dieħla nkunu nistgħu nerġgħu ingawdu dawn il-jiem tal-Għid.

Intant aħna nħeġġu l-parruċċani biex jingħaqdu permezz tar-radju u s-social media biex isegwu l-funzjonijiet, fostom illum fit-3pm, għada fit-8.30pm u nhar l-Għid il-Kbir  fil-11am. Hemm ukoll ħin fejn wieħed jista’ jżur il-Bażilika Ġorġjana għal talb privat, bl-osservazzjoni tad-direttivi maħruġa.  Aktar dettalji jistgħu jinkisbu fuq https://www.facebook.com/stgeorge.org.mt

20210402_095855

Illum f’nofsinhar (kif ukoll għal xi jiem wara) wieħed jista’ jsegwi wkoll il-programm fuq is-social media, mtella’ mis-Soċejtà Filarmonika La Stella, “Noti Kiebja”.  Titilfux dan l-programm li se jwassal numru ta’ marċi sbieħ mill-arkivju mużikali tal-Banda Ċittadina La Stella. Il-link għall-paġna  hija din: https://www.facebook.com/lastella.com.mt

20210402_100850