Join Us On:

News Archive

JUM ID-DEDIKAZZJONI TAL-BAŻILIKA URBANA

Il-bieraħ 21 ta’ Settembru, il-kommunita’ parrokkjali Ġorġjana ċċelebrat il-252 anniversarju tad-dedikazzjoni tal-bażilika ta’ San Ġorġ Martri f’beltna.

Lejlet is-solennita’, eżattament fil-ħin ta’ nofsinhar il-qniepen tal-Arċi Matriċi ta’ gżiritna daqqew mota ferrieħa biex jitfakkar dan l-anniversarju. Iċ-ċelebrazzjonijet liturgici bdew filgħaxija bl-Ewwel Vespri mill-Kapitlu Ġorġjan. Din il-funzjoni kienet immexxija mill-Arċipriet il-ġdid Mons. Pawlu Cardona.

F’jum is-solennita’, L-ET Mons. Mario Grech, Isqof tad-Djoċesi u dekan tal-Kolleġġjata urbana, mexxa pontifikal solenni biex jitfakkar dan l-anniversarju. F’dan il-pontifikal ħadu sehem ukoll l-Arċiprieti Mons. Cardona u Mons. Farrugia flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata. Aktar tard il-kapitlu għalaq dan il-jum solenni bis-Sekondi Vespri.