JINĦATRU L-KARIGI FIL-KUMITAT IL-ĠDID
Nhar it-tlieta li għadda saret l-ewwel laqgħa tal-kumitat il-ġdid taħt it-tmexxija tal-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, s-Sur Michael Formosa. Matul il-laqgħa ġew maħtura l-membri fid-diversi karigi meħtieġa skont l-istatut. Il-kumitat il-ġdid huwa iffurmat hekk:
President: Michael Formosa
Segretarju: Matthew Zammit
Vici-President: Dr. Christopher Mizzi
Kontrollur Finanzjarju: Joseph Tabone
Teżorier: Frank Schembri
Delegat tal-Banda: Mark Schembri
Direttur Teatru Astra: George Zammit
Assistent Direttur Teatru Astra: Kurt Cassar
Diretturi tal-Kazin: Raymond Mizzi, Joseph Buhagiar
Assistenti Segretarji: Matthew Mifsud, Riccardo Gatt Ellis
Chairman Għaqda Żgħażagħ La Stella: Bradley Xuereb
Chairman Astra Power Boys: George Vella
Rappreżentant Għaqda Armar San Ġorġ Martri: Christian Debono
Membri: Jason Farrugia, Charles Ballucci, Anthony Zammit, Stefan Grech, George Mario Vella.
Minn din il-paġna nawguraw lil dawn il-membri l-ħidma t-tajba għas-sentejn li ġejjin fejn hemm ippjanat ħafna xogħol u proġetti għal-ġid tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u dak kollu li jirrapreżentaha.