Join Us On:

News Archive

JIFTAĦ L-ISTAĠUN TAL-FESTI 2010

Hekk kif nhar il-Ħadd li ġej jiftaħ l-istaġun tal-festi f’Għawdex, il-banda ċittadina La Stella tibda wkoll bl-impenji numerużi tagħha f’dawn it-tliet xhur li ġejjin. Propju nhar il-Ħadd li ġej, il-banda ġiet mistiedna bħas-soltu biex tagħti servizz fil-festa ta’ San Pawl fir-raħal tal-Munxar. Is-servizz jikkonsisti f’marċ qabel il-ħruġ tal-purċissjoni; daqq tal-Innu l-kbir u wara programm mużikali fil-pjazza tar-raħal. 

Dan is-servizz huwa l-ewwel minn sensiela ta’ servizzi li jiġu fi tmiemhom fl-aħħar Ħadd ta’ Awwissu, fil-festa tal-Madonna ta’ Loretu f’Għajnsielem, meta l-banda tagħmel l-aħħar servizz marbut mal-istaġun tal-festi 2010. Il-banda ġiet mistiedna tieħu sehem f’xejn inqas minn għaxar festi madwar l-irħula f’Għawdex. F’uħud minn dawn il-festi l-banda ser tagħmel aktar minn servizz wieħed. Ma dawn ovvjament irridu nżidu wkoll in-numru kbir ta’ impenji li l-banda jkollha fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ Martri ċċelebrata fit-tielet Ħadd ta’ Lulju f’beltna. 

Is-servizzi li l-banda għandha qabel il-festa ta’ San Ġorġ huma:

Il-Ħadd 30 ta’ Mejju: Marċ, daqq tal-Innu l-Kbir u Programm Mużikali fil-Munxar fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pawl.
Il-Ħadd 6 ta’ Ġunju: Purċissjoni tal-Corpus fir-raħal tal-Għasri.
Is-Sibt 19 ta’ Ġunju: Marċ u programm mużikali lejlet il-festa tal-Qalb ta’ Ġesu’ fil-Fontana.
Il-Ħadd 20 ta’ Ġunju: Esekuzzjoni tal-Innu l-Kbir u purċissjoni fil-Fontana.
Is-Sibt 26 ta’ Ġunju: Marċ brijuż fin-Nadur fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl.
Il-Ħadd 27 ta’ Ġunju: Marċ u programm mużikali fix-Xewkija fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġwann l-Għammiedi.
It-Tnejn 28 ta’ Ġunju: Marċ brijuż lejlet il-festa ta’ San Pietru u San Pawl fin-Nadur.