Join Us On:

News Archive

ŻJARA TA’ DR JOSEPH MUSCAT FIL-KAŻIN TAL-BANDA LA STELLA

Nhar is-Sibt, l-1 ta’ Settembru, il-kap tal-Partit Laburista, Dr Joseph Muscat u s-sinjura tiegħu żaru l-Każin tal-Banda La Stella u t-Teatru Astra.  Dr Muscat ġie milqugħ mis-Sur Michael Formosa, Segretarju Amministrattiv tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, fl-assenza tal-President li kien jinsab barra minn Malta, u minn membri oħra tal-kumitat.  Fl-okkażjoni, Dr Muscat, li kien akkumpanjat minn delgazzjoniji li kient tinkludi bosta membri parlamentari u kandidati, ġie mdawwar mal-każin u t-Teatru Astra fejn ġie spjegat ix-xogħol li għaddej bħalissa fosthom l-preparazzjoni għall-opra lirika Madama Butterfly. Dr Muscat tenna l-apprezzament u l-inkoraġġament tiegħu għall-inizjattivi tas-Soċjetà FilarmonikaLa Stella.
 
F’din l-okkażjoni, s-Segretarju Amministrattiv f’isem is-Socjeta La Stella ppreżenta lil Dr Muscat ktieb li ġie ppubblikat is-sena l-oħra bl-isem St George’s Golden Basilica.  Hu iffirma ukoll  l-ktieb tal-vizitaturi.