Join Us On:

News Archive

ŻJARA MILL-AMBAXXATRIĊI AWSTRIJAKKA

Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Mejju 2008, l-Ambaxxattriċi Awstrijakka f’Malta l-E.T. Dr Caroline Gudenus għamlet żjara uffiċjali fil-każin tal-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’ u fit-Teatru Astra. Din kienet l-ewwel żjara tagħha fis-sede tas-Soċjetà tagħna. Dr Gudenus kienet akkumpanjata mis-Sur Joseph Darmanin. Hija ġiet milqugħha mill-president tas-Soċjetà ‘La Stella’ Dr Joseph Grech, mill-viċi-president Paul Zammit u mis-segretarju Dolindo Cassar.

Dr Gudenus li ilha tokkupa din il-kariga għal dawn l-aħħar ħames xhur, kellha kliem ta’ tifħir għas-sehem li tagħti s-Soċjetà tagħna b’risq il-kultura f’pajjiżna, b’mod speċjali għall-produzzjonijiet mill-aqwa li jittellgħu fit-teatru Astra li jikkontribwixxu biex jiġbdu lejn pajjiżna numru sabiħ ta’ barranin, l-aktar fl-aħħar xhur tas-sena meta jittella’ ‘Festival Mediterranea’.

L-avukat Joseph Grech irringrazzja lill Dr Gudenus talli għoġobha iżżur it-teatru u l-każin tagħna, u preżentalha rigal ta’ tifkira.