Join Us On:

News Archive

MINN HAWN U FTIT IEĦOR …

Il-programm tal-lum huwa dan li ġej.

Ġewwa l-Bażilika

6.30pm: Kant solenni ta’ l-Għasar mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-E.T. Mons. Emanuel Barbara ofmcap, Isqof ta’ Malindi u Amministratur Appostoliku ta’ Mombasa fil-Kenja. Priedka minn Dun Simon Mario Cachia. Wara, Innu, Antifona u Barka Ewkaristika mill-Isqof Mons. Emanuel Barbara. Matul il-jiem tat-Tridu l-kant a cappella jsir mill-Kor tal-Bażilika Laudate Pueri u l-iSchola Cantorum Gregoriana taħt id-direzzjoni tal- Kan. George J. Frendo. Jiġu esegwiti l-innu Georgi Miles Inclite (1878), għal solisti, kor a 3 voci pari u orkestra, kompożizzjoni ta’ Mons. Giuseppe Farrugia (1852-1925), u l-antifona Beatus Georgius (pre-1890), mużika ta’ Mro Paolo Fiammingo (seklu 19) u versi ta’ San Pier Damiani (1007-1072). Jieħdu sehem is-solisti Antonino Interisano (tenur) u Dario Russo (baxx). Il-kor u l-orkestra jkunu taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella, maestro di cappella.

Fuq Barra

DSC_0034

9.30pm: Marċi mill-Banda Ċittadina La Stella u l-Banda Santa Margerita (Ta’ Sannat) minn Triq Għajn Qatet u Triq l-Arċisqof Pietru Pace rispettivament sa Pjazza San Franġisk.

10.00pm: Dimostrazzjoni popolari bl-istatwa ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel (1987), xogħol ta’ Alfred Camilleri Cauchi, bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella u l-Banda Santa Margerita minn Pjazza San Franġisk sa Pjazza San Ġorġ. Il-Banda Ċittadina La Stella żżanżan is-sett ta’ marċi ġodda għas-sena.

DSC_0032 DSC_0030 DSC_0026

Intant nixtiequ ninfurmawkom li bejn għada l-Ħamis u l-Ġimgħa se jkun jista’ jiġi akkwistat il-ktieb/programm Festi San Ġorġ 2014 għal donazzjoni ta’ €3 mill-Każin La Stella.

POSTER KTIEB 2014