Join Us On:

News Archive

ILLEJLA L-PURĊISSJONI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA

Illejla fis-6.30pm mill-Bażilika ta’ San Ġorġ, fil-Belt Victoria, toħroġ il-purċissjoni tradizzjonali u devota tal-Ġimgħa l-Kbira, l-purċissjoni prinċipali tal-gzira li taf l-orġini tagħha qabel l-1788.  Fil-purċissjoni jinħareġ fost l-oħrajn il-Kurċifiss mirakuluż, kapulavur flinjam ta’ Pietru Pawl Azzopardi (1848), li hu meqjum fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Il-Purċissjoni tas-sena 2011 ser tkun speċjali ukoll għaliex fiha ser timmarrċja għall-ewwel darba l-istatwa l-ġdida ta’ Ġesù marbut mal-kolonna, xogħol fl-injam ta’ Michael u Adonai Camilleri Cauchi.

Flimkien mal-Banda Ċittadina La Stella, element ewlieni f’din il-purċissjoni, li ddoqq fil-pjazza matul l-ħruġ tal-purċissjoni, mbgħad takkumpanja l-purċissjoni quddiem l-Vara l-Kbira, ser tipparteċipa wkoll l-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat ta’ Malta.

Dan is-sit, fil-ġranet li ġejjin ser ikompli jkun aġġornat bil-impennji kollha tal-Banda u s-Soċjeta Filarmoinka La Stella f’dawn il-ġranet qaddisa, li sa issa diġa kienu mpenjjativi ferm, b’zewġ produzzjonijiet tal-musical Għaliex Jien?, marċ funebri li akkumpanja l-istatwa l-ġdida ta’ Ġesu’ marbut mal-Kolonna u kunċert grandjuz ta’ mużika sagra fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.